Din l-istqarrija tapplika għas-sit elettroniku tat-Teatru Manoel www.teatrumanoel.mt u li ġiet aġġornata l-ewwel ta’ Ġunju 2022.
Teatru Manoel hu impenjat li jagħmel is-sit elettroniku tiegħu aċċessibbli għal kulħadd. Aħna qegħdin naħdmu biex intejbu l-aċċessibbiltà tas-servizzi online tagħna għal kul min qiegħed jużaha, irrispettivament ta’ fejn qegħdin fid-dinja, b’attenzjoni speċjali għar-rekwiżiti kontra d-diskriminazzjoni tal-Att dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b’Diżabbiltà tal-2000 (EOA).
Is-sit elettroniku tat-Teatru Manoel huwa mfassal biex jaħdem mal-aktar verżjonijiet riċenti tal-internet browsers popolari, bħal Internet Explorer, Chrome jew Firefox.
Teatru Manoel huwa konformi mal-istandard tal-aċċessibbiltà EN301549 u l-linji gwida WCAG2.1. Ir-riżorsi u l-prodotti tagħna online huma evalwati b’mod manwali u programmatiku għal konformità mal-linji gwida Livell AA WCAG 2.1. Is-sit elettroniku tat-Teatru Manoel huwa magħmul biex jaħdem meta jiġi aċċessat bl-aktar prodotti tal-hardware u software aġġornati.
Aħna nirrikonoxxu u naċċettaw li tkun konformi mal-istandards u l-linji gwida ma jfissirx li l-prodott ikun aċċessibbli, għalhekk, Teatru Manoel jagħmel ukoll riċerka għal feedback u evalwazzjonijiet ta’ użabilità ma’ persuni b’diżabbiltà.
Aħna wkoll nistinkaw biex nimplimentaw l-aċċessibbiltà għall-mezzi ta’ informazzjoni, sabiex ikunu pprovduti permezz ta’ partijiet terzi fejn ikun possibbli.
Is-sit elettroniku tat-Teatru Manoel ma tagħmilx użu ta’ tkabbir tat-tipal, tal-ingrandiment u tal-modifika tal-kuluru. Dan għaliex nemmnu li din il-funzjonalità hija diġà integrata fil-biċċa l-kbira tal-browsers tal-web jew hija disponibbli permezz ta’ add-ons u plugins differenti li utenti differenti huma liberi li jippersonalizzaw għall-bżonnijiet tagħhom. Bħala riżultat ta’ dan, dawn il-klassifikazzjonijiet tal-utenti arbitrarji huma disponibbli għal ħafna mill-siti elettroiniċis, mhux biss għal dik tal-Entità. Sabiex nippermettu dan il-livell ta’ adattament, aħna nfittxu li nimmassimizzaw il-kompatibbilità ma’ dawn il-modifiki tal-utent.
Is-sit tat-Teatru Manoel jimplimenta wkoll dawn il-karatteristiċi tal-aċċessibbiltà li ġejjin:
Hija inevitabbli, sfortunatament, li minkejja l-aħjar sforzi kollha tagħna, se jkun hemm xi kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà. It-Teatru Manoel huwa impenjat li jindirizza u jirranġa dawn il-kwistjonijiet kemm jista’ jkun malajr u bl-aħjar mod possibbli.
Il-feedback tal-utent tas-sit huwa essenzjali. Jekk qed tesperjenza xi kwistjonijiet jew problemi meta tkun qiegħed tuża s-sit tagħna, napprezzaw li tinfurmana billi tibgħatilna fuq (indirizz tal-email hawn).
L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) hija l-entità responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku. F’każ li din il-mistoqsija tiegħek relatata mal-aċċessibbiltà tal-ICT ma tiġix indirizzata fiż-żmien stipulat mill-ARR, jew tixtieq tressaq ilment formali, inti tista’ tagħmel dan billi tikkuntattja lill-MCA fuq 21336840 jew billi timla l-formola tal-ilment online fuq https://mca.org.mt/consumer/forms/complaints .