KONT TAF?
L-awditorju attwali tat-teatru, b’forma ovali, mhuwiex it-tqassim oriġinali tiegħu. Oriġinarjament kien iffurmat bħal żiemel, iżda ġie mfassal mill-ġdid u mkabbar minn Sir George Whitmore fil-bidu tas-seklu 19. 2
L-awditorju attwali tat-teatru, b’forma ovali, mhuwiex it-tqassim oriġinali tiegħu. Oriġinarjament kien iffurmat bħal żiemel, iżda ġie mfassal mill-ġdid u mkabbar minn Sir George Whitmore fil-bidu tas-seklu 19.
Fatt Li Jmiss

Dwarna

“Il-Manoel”, kif dan it-teatru huwa magħruf lokalment b’affezzjoni, huwa t-Teatru Nazzjonali ta’ Malta, l-ispazju li hu l-aktar attrezzat f’pajjiżna għat-tlugħ ta’ rappreżentazzjonijiet teatrali, u li huwa kontributur ewlieni għax-xena lokali tal-arti tal-ispettaklu. Huwa wkoll eżempju mill-ifjen tal-arkitettura Barokka, u wieħed mill-eqdem teatri li għadu jopera fl-Ewropa.

It-Teatru għandu żewġ spazji fejn jittellgħu r-rappreżentazzjonijiet:

It-Teatru Ewlieni
Dan huwa l-awditorju storiku b’tiżjin barokk għani li jesa’ 547 persuna bilqiegħda bejn fuq is-siġġijiet fil-platea, fil-palki ta’ fuq il-platea, fil-51 palkett individwali mifruxa fuq tliet livelli, u fil-gallerija. F’dan l-awditorju jittellgħu l-maġġoranza tal-produzzjonijiet. Id-dħul għalih hu minn Triq it-Teatru l-Antik.

L-Istudio
Danhuwa spazju iżgħar (7 metri b’5 metri) li jesa’ massimu ta’ 60 spettatur bilqiegħda fuq bankijiet bil-kuxxini li jintuża l-aktar għall-implimentazzjoni tal-Programm tat-Tagħlim u l-Parteċipazzjoni, u kif ukoll għat-tlugħ ta’ produzzjonijiet żgħar. Id-dħul għal dan l-ispazju hu mill-bieb tal-palk tat-teatru, minn nru 81, Triq Zekka, il-Belt Valletta (kantuniera ‘l bogħod mid-daħla prinċipali tat-Teatru) li wkoll fih wieħed isib il-vestwarju, il-post tal-provi, u l-kamerini tat-Teatru. L-istudio qiegħed fis-sular ta’ fuq, b’terazzin u żona għal bar ħdejh.

Il-Missjoni tat-Teatru Manoel

It-Teatru hu Organizzazzjoni Kulturali Pubblika li hu ffinanzjat primarjament mill-Gvern. Bħala t-Teatru Nazzjonali ta’ Malta, it-Teatru Manoel jemmen li kulħadd għandu jkollu aċċess għall-arti, u b’hekk ifittex li kemm jista’ jkun jippreżenta programm annwali eklettiku ta’ produzzjonijiet tal-ogħla livell u avvenimenti li jkopru r-rappreżentazzjonijiet tal-ġeneri tal-mużika, drama u żfin.

It-Teatru jimmira wkoll li jkun pjattaforma lokali ewlenija għall-bosta artisti, kemm lokali u barranin, biex jiżviluppaw u jesprimu b’mod liberu l-kreattività tagħhom permezz ta’ djalogu ma’ udjenza mżewqa li tippermetti arrikkiment kulturali reċiproku.

It-Teatru jtella’ l-produzzjonijiet tiegħu, jikkollabora ma’ Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi oħra u produtturi minn partijiet terzi, u huwa post ukoll għal produzzjonijiet indipendenti.

  • Il-misjoni tat-teatru – biex jipprovdi divertiment onest lill-pubbliku ġenerali – hija mnaqqxa bil-Latin, fuq il-bieb prinċipali: ‘ad honestam populi oblectationem’.

  • Jingħad li parti mir-raġuni għalfejn il-Gran Mastru ried jibni teatru kien biex iżomm il-Kavallieri tal-Ordni ‘il bogħod mill-inkwiet, għax jokkupaw il-ħin tagħhom bir-reċtar fid-drammi fil-ħin liberu.

  • L-ewwel darba li l-innu nazzjonali Malti, l-Innu Malti, instema’ pubblikament, kien meta indaqq waqt kunċert fit-Teatru Manoel fis-27 ta’ Diċembru 1922.

Kurżitajiet

  • It-teatru ħa biss 10 xhur biex inbena u qam lil Gran Mastru 2,184 skud (€41,715)

  • Isem it-teatru inbidel minn tal-anqas tliet darbiet: għall-ewwel kien magħruf bħala ‘Teatro Pubblico’ fl-aħħar tas-seklu 16, imbagħad fis-sekli 17 u 18 kien ‘Teatro Reale’, qabel l-isem inbidel uffiċjalment għal Teatru Manoel fis-seklu 19.

  • L-ewwel produzzjoni li uffiċjalment fetħet it-teatru fid-19 ta’ Jannar 1732 kienet, it-traġedja Taljana klassika Merope ta’ Scipione Maffei.
Ir-raison d’être tat-teatru – li jipprovdi lill-pubbliku ġenerali b’divertiment onest – hija miktuba bil-Latin fuq id-daħla prinċipali: ‘ad honestam populi oblectationem’.

Stadji sinjifikanti fl-istorja tal-Manoel:

Restawrazzjoni u Renovazjoni

2017-2018

Sistema ta’ akklimatizzazzjoni ġiet installata fl-awditorju li issa jsaħħan fix-Xitwa u jżomm il-frisk fis-Sajf. Il-palki ta’ fuq il-platea ġew restawrati, u t-tqassim tas-siġġijiet inbidel lura għal kif kien fil-binja oriġinali.

2019

Ikompli x-xogħol ta’ restawr sabiex il-faċċata terġa’ lura għad-dehra oriġinali tagħha tal-1731.

2020

It-Teatru jagħlaq f’Marzu 2020 minħabba l-Pandemija tal-Coronavirus. Bejn Ottubru 2020 u Marzu 2021 reġa’ fetaħ għal ftit għal produzzjonijiet ta’ siegħa li ttellgħu darba fil-ġimgħa, bl-udjenza tattendi b’distanza soċjali.

2021

Waqt li t-Teatru reġa’ ngħalaq għat-tieni darba minħabba l-Pandemija tal-Coronavirus, sar xogħol ta’ rinnovar sinjifikanti fil-binja ta’ ħdejh li fiha hemm l-Uffiċċju tal-Biljetti, il-bar, il-kamra ta’ akkoljenza waqt l-intervall, u t-toilets. Il-linfa u l-brazzi li qegħdin fil-palki ġew mibdula għal oħrajn ta’ ħġieġ tal-Murano abjad, iddisinjat fl-istil Rezzonico.

It-Teatru reġa’ fetaħ fl-aħħar t’Ottubru 2021.

Il-Legat tat-Teatru

Fi (kważi) 3 sekli tal-eżistenza tiegħu, it-Teatru Manoel tella’ eluf ta’ drammi, opri, musicals, kunċerti, kunċerti żgħar u produzzjonijiet taż-żfin. Bosta kienu dawk l-artisti li daħlu fih u mxew fuq il-palk tiegħu, fejn hemm minnhom li kisbu suċċessi kbar lokalment u internazzjonalment, u oħrajn li ġew hawn u kienu diġà famużi.

Tagħlim u Parteċipazzjoni

It-Teatru Manoel għandu programm estensiv ta’ tagħlim u parteċipazzjoni li kellu impatt sinjifikanti fuq il-legat kulturali Malti, speċjalment għaż-żgħażagħ. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar dan hawn (ħolqa għall-paġna tat-Toi Toi tagħlim u parteċipazzjoni).

La Valette possesses an opera, small indeed, but neat, though much out of repair. Italy and Sicily supply it with very tolerable vocal performers, and it is a very agreeable entertainment for the garrison. It was excessively crowded every night by the officers of the expedition, to whom it was a great source of amusement. The price of admission is one shilling.

Thomas Walsh

Journal of the Late Campaign – Egypt 1803

L-Organizzazzjoni tagħna

Edward Zammit

Uffiċjal Kap Eżekuttiv

Pierre Vassallo

Uffiċjal Kap tal-Operazzjonijiet

Adrian Mamo

Direttur Artistiku

Rachel Vella

Assistent Direttur Marketing u Żvilupp tal-Udjenza

Ayrton Walls

Senior Manager Riżorsi Umani u Amministrazzjoni

Michael Mangion

Senior Manager Avvenimenti u Produzzjonijiiet

Kate Fenech Field

Maniġer tal-Programm tat-Tagħlim u Parteċipazzjoni TOI TOI

Rambert Attard

Maniġer Procurement

Melanie Grioli

Maniġer Branding u Disinn

Maria Francalanza

Maniġer PR u Komunikazzjoni

Marvic Sultana

Maniġer Stage Facilities

Michelle Mangion

Maniġer Booking Office

Ittraħbar

Abbona biex tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet tat-Teatru Manoel!

Ibbukkja Issa

Facilities Manager

TOI TOI Learning & Participation Programme Manager

Senior Manager Events & Productions

Senior Manager HR & Administration

Assistant Director Marketing & Audience Development

Chief Operations Officer

Artistic Director

Acting Chief Executive Officer

teatru-manoel-white-logo@3x