Il-bookings se jiftħu dalwaqt.
il-vjolinist Samuel Cutajar u l-kittarist Kolja Joseph Gibbs qegħdin itellgħu repertorju li fih taħlita ta’ xogħlijiet stabbiliti għadduo, anke minn kompożituri Maltin, wieħed minnhom huwa Carlo Flamingo, li jistħoqqlu jerġa’ joħroġ fil-beraħ.
Samuel iggradwa mir-Royal Academy of
Music minn taħt idejn Prof. Philippe Honore, u jistabbilixxa ruħu bħala vjolinist komplut, vibranti u ta’ karattru. Ingħata xogħol bi prova bħala premju mal-Malta Philharmonic Orchestra fl-2017, u minn dak iż-żmien baqa’ jaħdem part-time ma’ din l-istess orkestra, dar l-Ewropa f’Mejju tal- 2022, u ta wirjiet fi swali prestiġjużi bħall-Muzikverein, Berliner Philharmoniker u Smetana Hall. Huwa membru tal-European Union Youth Orchestra sa mill-2020 u din se tkun ir-raba’ darba konsekuttiva li se jieħu sehem ma’ din l-orkestra. Huwa mexxa wkoll l-orkestra tar- Royal Academy. Samuel ħadem ma’ ismijiet mill-aqwa minn madwar id-dinja li jinkludu lil Sir Simon Rattle, Antonio Pappano, Gianandrea Nosseda, Vasily Petrenko, Pekka Kuusisto u ħafna oħrajn.
Kolja Joseph Gibbs huwa kittarist klassiku
Ġermaniż/Awstraljan li beda l-karriera tiegħu f’Londra fl-2015 u baqa’ attiv bħala
mużiċist, arranġatur u għalliem sa minn dak iż-żmien. Kolja huwa mużiċist da camera attiv u ħabrieki, u daqq ma’ flawtisti, sassofonisti u duo/trio/kwartetti tal-kitarra, fosthom il-magħruf Merdian Guitar Quartet, li magħhom kien rebaħ il-Carne Trust Chamber Competition fl-2022.
Tomaso Albinoni
Sonata in A minor Op 6
Niccolo Paganini
E minor Sonata
Carlo Fiamingo
Danse Infernale
Paganini
Cantabile
Albert Garzia
Romance
Astor Piazzolla
Historie du Tango