Add to my calendar
Music

Carmine Lauri and Francesca Lauri violin and piano recital

Back to What's on

Dettalji

Produttur:Din L-Art Helwa
Post:Main Stage, Teatru Manoel

Deskrizzjoni

Il-bookings se jiftħu dalwaqt.

Kunċert bis-sehem ta’ Carmine Lauri fuq il-vjolin u  Francesca Lauri fuq il-pjanu, biex jitfakkar is-sittin anniversarju mit-twaqqif tal-organizzazzjoni. Il-laqgħa inawgurali ta’ Din l-Art Ħelwa (DLH) saret fit-Teatru Manoel fil-Belt Valletta nhar id-9 ta’ Lulju 1965.

 

Din l-Art Ħelwa (DLH) hija għaqda mhux governattiva, bla profitt u volontarja imwaqqfa fl-1965 biex tissalvagwardja l-wirt kulturali ta’ Malta u l-ambjent naturali għall-ġenerazzjonijiet tal-futur, li jinkludi wkoll il-prattika tal-konservazzjoni u r-restawr tal-wirt kulturali tal-gżejjer. Ħafna binjioet storiċi ġew irrestawrat fuq għadd ta’ snin u dawn jinkludu it-Torri ta’ Sant’ Agata (it-Torri l-Aħmar), it-Torri ta’ Wignacourt, it-Torri ta’ Xufu, it-Torri tal-Għallis, it-Torri ta’ Qalet Marku, it-Torri Mamo, Ġnien il-Mistrieħ fuq is-Sur tal-Imsida, it-Torri tad-Dwejra (f’Għawdex), it-Torri ta’ Santa Marija, u l-Batterija ta’ Santa Marija (it-tnejn li huma fuq Kemmuna), kif ukoll il-Knisja tal-Vitorja fil-Belt Valletta.

 

Din l-Art Ħelwa torganizza kampanji kontra l-iżvilupp bla rażan fiż-żoni u madwar iż-żoni tal-konservazzjoni urbana u fil-kampanja. Din l-organizzazzjoni kienet strumentali sabiex jitwaqqaf il-Park tal-Majjistral, l-ewwel Park Naturali u Storiku Nazzjonali protett ta’ Malta. Il-proġetti tar-restawr kontinwi li hemm fih jinkludu il-Bungalow Awstraljan, li hija struttura tal-injam mibgħuta Malta fl-1920 biex jitħarrġu l-emigranti prospettivi Maltin fuq il-bini tal-injam u l-kappella medjevali ta’ Sanċir (San Mikiel) fir-Rabat fost oħrajn.

    Music
    coming soon
    20 March - 20 March
    Theatrical Tour
    coming soon
    1 April - 1 April
    Drama
    coming soon
    21 March - 23 March
    ComedyPlay
    coming soon
    22 March - 23 March
    Multimedia Theatre
    coming soon
    29 March - 15 February
    Music
    coming soon
    30 March - 30 March
    Music
    coming soon
    22 April - 26 April
    ConcertDance
    coming soon
    22 April - 26 April
    Multimedia Theatre
    coming soon
    3 May - 3 May
    Musical
    coming soon
    9 May - 17 May
    Dance
    coming soon
    23 May - 25 May
    Music
    coming soon
    30 May - 30 May
    Music
    coming soon
    9 July - 9 July
    Dance
    coming soon
    24 July - 27 July
    Ibbukkja Issa
    teatru-manoel-white-logo@3x