Il-bookings se jiftħu dalwaqt.
Id-19-il Festival tar-Rebbiegħa ta’ Malta ser jenfasizza l-anniversarji tal-mewt u t-twelid ta’ Erik Satie (m. 1925), Dmitri Shostakovich (m. 1975), Luciano Berio (t. 1925), u Pierre Boulez (t. 1925). Dawn il-kompożituri influwenzaw b’mod sinifikanti l-evoluzzjoni tal-mużika klassika u kontemporanja tal-Punent kif nafuha llum. Imma kienu tassew innovaturi jew imposturi, ġenji jew ċarlatani? Ingħaqdu magħna, flimkien ma’ artisti internazzjonali u artisti mistiedna lokali, inklużi KorMalta u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, hekk kif nesploraw dawn il-mistoqsijiet mit-22 sas-26 ta’ April, 2025, fit-Teatru Manoel, it-Teatru Nazzjonali ta’ Malta.