ConTempo hija serjé ġdida ta’ kunċerti ta’ mużika klassika u kontemporanja li tiffoka fuq, iżda mhux biss, fuq repertorju ta’ musica da camera modern tal-bidu tas-seklu 20 għal xogħlijiet li jqarrbu iktar lejn żmienna kif ukoll xogħolijiet li ser jinkitbu għall-okkażjoni. Din is-sensiela ser tikludi għażla ta’ mużiċisti u kantanti Maltin u oħrajn bbażati f’Malta bħal Gabi Sultana, pjanu, Claire Debono, sopran, Gjorgji Cincievski, double bass, Philip Attard, saxophone, Ġużé Camilleri, perkussjoni, u KorMalta, kif ukoll kompożituri kontemporanji Maltin. L-idea tas-serjé ConTempo hija tal-kompożitur Karl Fiorini u tagħmel parti mill-Malta Society of Arts Performing Arts Programme 2024 u hija appoġġjata mill-Kunsill Malti għall-Arti.
Kunċert #3 | Il-Ħamis 18 ta’ Lulju
Kunċert iddedikat għall-memorja tal-klarinettista Daniele Galletto li miet aktar kmieni din is-sena mill-virtuosi tal-klarinett u d-double bass, Godfrey Mifsud, u Gjorgji Cincievski.
Programm:
Miloslav Gajdos | Invocation għall-kuntrabbaxx solo
Simon Garcia | Trascience of Life għall-kuntrabbaxx solo
Domenico Scarlatti | Sonata K 213 (arr. Galletto & Cincievski)
Domenico Scarlatti – Sonata K 466 (arr. Galletto & Cincievski)
Gjorgji Cincievski – A Moment.. għall-klarinett u kuntrabbaxx (l-ewwel eżekuzzjoni mondjali f’ġieh Daniele Galletto)
Paul Hindemith – “Musikalisches Blumengärtlein und Leyptziger Allerley” għall-klarinett u kuntrabbaxx
Last Night When We Were Young
17th October
Sandro Zerafa, guitar | Vincent Bourgeyx, piano
Melika
21 November
Philip Attard, soprano sax | Samuel Mallia, alto sax | Joseph Vella, tenor sax | Godfrey Mifsud, baritone sax
KorMalta
12 December
Riccardo Bianchi