Libertà ta' Informazzjoni

Libertà ta' Informazzjoni

Struttura, Funzjonijiet u Responsabbiltajiet

It-Teatru Manoel huwa Organizzazzjoni Kulturali Pubblika li jaqa’ fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Il-funzjonijiet tiegħu huma mogħtija mill-Ministru, permezz tal-Bord għat-Tmexxija, magħmul miċ-Chairman u ħames membri.

It-Teatru Manoel huwa impenjat li jippreżenta produzzjonijiet artistiċi ta’ livell dinji; għal ħolqien ta’ udjenzi ġodda għall-ġeneri mużikali u drammatiċi; u sabiex jipprovdi pjattaforma prinċipali għal artisti lokali u internazzjonali.

Konxju mill-fatt li t-Teatru huwa spazju storiku u uniku, il-maniġment tat-Teatru Manoel jimmira li jippreserva u jsaħħaħ l-istatura arkitettonika tiegħu, filwaqt li jippromwovi l-ispazju bħala wieħed ta’ eċċellenza artistika.

Dokumenti u manwali miżmuma mill-entità.

-Kuntratti ma’ fornituri fil-kors normali tan-negozju magħmula minn termini u kundizzjonijiet relatati ma’ xiri mit-Teatru Manoel

-Kuntratti ma’ klijenti magħmula minn termini u kundizzjonijiet għal kiri

-Fajls relatati ma’ akkwist

-Kuntratti ma’ artisti magħmula minn termini u kundizzjonijiet ta’ kkummissjonar tas-servizzi tal-artisti mit-Teatru Manoel

-Dokumenti finanzjarji, inkluż kontijiet awditjati, relatati mal-attivitajiet tal-entità

-Dokumenti relatati mal-proċedura interna għall-komunikazzjoni mal-impjegati, li jistabbilixxu l-istruzzjonijiet u r-regoli tal-prattika

-Fajls personali tal-impjegati

-Punti tal-aġenda u minuti tal-laqgħat

-Ftehim kollettiv

Dettalji ta’ proċedura għal ilmenti interni

Applikant jista’ jressaq ilment meta t-talba tiegħu għall-informazzjoni tiġi rrifjutata, jew li b’xi mod mhux sodisfatt bl-informazzjoni pprovduta, il-format tagħha jew l-estenzjoni tal-iskadenza għat-tressieq ta’ notifika li tindika jekk talba hux se tintlaqa’ jew le.

L-iment irid ikun idirizzat lill-Uffiċjal tal-Libertà tal-Informazzjoni, li se jiġbed l-attenzjoni tal-Kap Eżekuttiv dwarha. L-uffiċjal se jirrispondi l-applikant fi żmien għaxar ġranet tax-xogħol, mill-wasla tal-ilment. L-applikant huwa infurmat ukoll li hu jew hi jistgħu jappellaw din id-deċiżjoni jew inkella jindirizza l-ilment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Kap. 496 tal-liġijiet ta’ Malta).

L-uffiċjal responsabbli se jinforma lill-applikant dwar id-deċiżjoni li tkun ittieħdet rigward l-ilment tiegħu jew tagħha, u f’każ li jkun hemm konferma ta’ deċiżjoni li ma tinħariġx l-informazzjoni rilevanti, se jispjega r-raġunijiet għala. Meta l-ilment ta’ applikant ikun relatat mal-mod kif l-informazzjoni ġiet ipprovduta jew għal estenzjoni tad-data tal-iskadenza mit-tressiq tan-notifika li tindika jekk talba hux se tiġi aċċettata jew le mill-Entità, u d-deċiżjoni oriġinali tiġi miżmuma, l-applikant se jingħata spjegazzjoni għaliex l-ilment tiegħu jew tagħha mhux se jkun jista’ jiġi indirizzat.

Applikant jista’ wkoll jagħmel użu mill-Proċedura għal Ilmenti Interni biex jirraporta nuqqas li jintlaħqu l-iskadenzi jew biex tintbagħat notifika. F’każijiet fejn it-talba għall-informazzjoni tista’ tintlaħaq, imma għadha ma ntlaħqitx fid-data tal-iskadenza stipulata mill-Att, l-uffiċjal responsabbli għandu jneħħi kull ħlas applikabbli għat-tressiq tal-informazzjoni.

Aktar Informazzjoni

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku www.foi.gov.mt .

Dettalji ta’ kuntatt

L-uffiċjal għall-Libertà tal-Informazzjoni Penelope Ciangura tista’ tiġi kkuntattjata fuq foi@teatrumanoel.mt , jew bil-miktub fuq l-indirizz t’hawn taħt:

 

Teatru Manoel,


Triq it-Teatru l-Antik,

Il-Belt Valletta

Ibbukkja Issa
teatru-manoel-white-logo@3x