Nixtiequ nirringrazzjawkom talli żortu www.teatrumanoel.mt
Aħna impenjati li nipproteġu l-viżitaturi u/jew il-privatezza tal-utenti tagħna, u m’aħniex se niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm int ma tipprovidx din l-informazzjoni b’mod volontarju.
Bħala utent, aħna niġbru informazzjoni personali fl-iproċessar tax-xiri ta’ biljetti, u nżommu biss l-email tiegħek biex ninfurmawk għal avvenimenti u offerti li se jkollna fil-ġejjieni. Inti għandek l-għażla li ma tibqax fuq din il-lista meta tirċievi email minn dawn.
L-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data tal-2001 ġie stabbilit fl-14 ta’ Diċembru 2001 u daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Lulju 2003. Għalhekk aħna għandna dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kull informazzjoni personali li niġbru mingħandek, u aħna nimxu ma’ dan id-dmir. Aħna nieħdu kull prekawzjoni neċessarja biex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat, u ma ngħaddux id-dettalji tiegħek miġbura mingħandek bħala viżitatur, la lil partijiet terzi jew lil Dipartimenti tal-Gvern, sakemm inti ma tagħtiniex il-permess biex nagħmlu dan.
Bħala viżitatur, aħna niġbru tliet tipi ta’ informazzjoni dwarek:
Informazzjoni għal kuntatt jew feedback;
Informazzjoni ta’ xi tkun niżżilt minn fuq il-paġna;
Informazzjoni dwar xi tkun użajt minn fuq is-sit.
Meta timla l-formola Ikkuntattjana, aħna nużaw l-informazzjoni personali mressqa fil-formola biss biex nirrispondu l-messaġġ tiegħek. Din l-informazzjoni personali ma tinżammx aktar fit-tul mhux neċessarju u tiġi mħassra meta jintlaħqu r-rekwiżiti tal-feedback mitlub.
Jekk taqra jew tniżżel informazzjoni mis-sit tagħna, aħna awtomatikament niġbru u nżommu din l-informazzjoni mhux personali li ġejja:
Is-sit rikjest jew li ġie mniżżel;
Jekk it-talba kinitx ta’ suċċess jew le;
Id-data u l-ħin ta’ meta dħalt fis-sit;
L-indirizz tal-internet tas-sit, u l-isem tad-dominju tal-kompjuter li minn fuqu ġie aċċessat is-sit;
Is-sistema operattiva tal-magna li qed tħaddem il-browser u t-tip u l-verżjoni tal-browser tiegħek.
Nitolbuk tinnota li din l-informazzjoni se tintuża strettament għal www.teatrumanoel.mt u mhux se tiġi mqassma, mikrija jew mibjugħa bl-ebda mod lill-ebda organizzazzjoni oħra.
Fis-sit tagħna hemm numru ta’ ħoloq għal organizzazzjonijiet u aġenziji oħra kemm lokali u kif ukoll internazzjonali. F’ċertu każijiet, għal benefiċċju tal-viżitatur, jista’ jkun hemm bżonn li nikkollegaw ma’ siti ta’ organizzazzjonijiet oħra wara li jinkiseb permess mingħandhom rispettivament. Huwa importanti għalik li tinnota li meta timxi għal fuq sit ieħor, int m’għadekx fuq is-sit tagħna, u tkun soġġett għal politika tal-privatezza għas-sit il-ġdid li tkun fih.
Inti intitolat li tagħmel talba għat-tip ta’ informazzjoni li effettivament inżommu fuqek jekk din tkun hemm, f’dak iż-żmien partikolari. Int għandek id-dritt li tiġi kkoreġuta kull ineżattezza, u fejn applikabbli, li titħassar, jekk din ma tkunx diġà mħassra.
Jekk ikun hemm tibdil f’din il-politika tal-privatezza, aħna se nibdlu din il-paġna għal waħda aktar aġġornata. Huwa għalhekk fl-interess tiegħek li tiċċekja l-paġna tal-‘Politika tal-Privatezza’ kull darba li taċċessa s-sit tagħna sabiex tkun infurmat b’xi tibdil li jista’ jsir minn żmien għal żmien.
Inti tista’ tagħżel li ma jkollokx numru uniku tal-identifikazzjoni tal-cookie tal-analiżi tal-web assenjat lill-kompjuter tiegħek, sabiex tevita l-aggregazzjoni u l-analiżi tad-data miġbura minn dan is-sit.
Biex tagħmel din l-għażla, jekk jogħġbok agħfas hawn taħt biex tirċievi cookie-opt-out.
Jien inħalli lill-google analytics iżżomm d-data tiegħi.