TOI TOI: Il-Programm ta’ tagħlim u Parteċipazzjoni

Introduzzjoni u Stqarrija tal-Missjoni

 

“Nitgħallmu flimkien permezz tal-Arti.”

TOI TOI: Il-Programm ta’ Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru Manoel huwa l-fergħa tat-teatru nazzjonali dedikata sabiex tintroduċi lill-udjenzżi żgħażagħ għall-arti performattiva, waqt li tiżviluppa, trawwem u tagħti sapport lit-talent artistiku bi proġetti interni u proġetti biex jintlaħqu udjenzi ta’ kull età. Waqt li l-programm tant għażiż tat-TOI TOI huwa magħruf li jipproduċi teatru ta’ kwalità għal udjenza magħmula minn tfal żgħar, aħna wkoll qegħin fil-fruntierpijunieri li nipproduċufil-produzzjoni ta’ proġetti multi-ġenerazzjonali u inklussivi, bħala parti mill-impenn tagħna li nedukaw u nagħtu divertiment b’mod aċċessibbli u ta’ gost.

L-għan fit-tul tagħna hu li nsostnu xogħol fil-komunitajiet permezz tad-dixxiplina tal-arti performattiva kemm live, kif ukoll iffilmjatproduzzjonijiet teatrali-awdjoviżivia – b’mod li dan iservi bħala pont li jressaq in-nies, jiffaċilita l-konverżazzjonijiet, u jservi bħala għodda essenzjali għall-espressjoni.

TOI TOI – li ġie nnominat għal bosta premji – malajr sar dar t’opportunità għal ħafna artisti bbażati lokalment – kemm professjonisti u kif ukoll aspiranti. Missjoni essenzjali tal-programm hi li jassisti artisti aspiranti b’li jipprovdi gwida professjonali, żvilupp artistiku, u opportunitajiet ta’ spettaklu fl-Istudio tagħna u f’postijiet oħra li huma sħab magħna.

Il-Programm ta’ Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru Manoel jesplora suġġetti li huma rilevanti kulturalment u ta’ arrikkixximent edukattiv, permezz ta’ mużika klassika, folk u jazz, firxa ta’ ġeneri ta’ żfin, drammi kreattivi u t-teatru mużikali. L-eżitu artistiku jkompli jikber permezz ta’ xogħol ikkummissjonat minn artisti esperti li jipproduċu rappreżentazzjonijiet impenjattivi li huma intenzjonati għall-udjenza biex tirrifletti, tistaqsi u tistagħġeb. Għalhekk inħobbu nsejħulu teatru li jqanqal il-ħsieb!

 

X’inhu għaddej bħalissa

 

Segwi dan l-ispazju għall-avvenimenti kollha miġjuba lilkom mill- Programm ta’ Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru Manoel!

 

Programm Teatru Żgħażagħ Teatru Manoel (TMYTP)

 

Il-Programm ta’ Taħriġ għaż-Żgħażagħ tat-Teatru Manoel (TMYTP) jgħaqqad flimkien erba’ gruppi importanti ħafna, li kull wieħed għandu l-enfasi u l-identità tiegħu: Teatru għaż-Żgħażagħ tat-Teatru Manoel (TMYT), Opera għaż-Żgħażagħ tat-Teatru Manoel (TMYO), Żfin għaż-Żgħażagħ tat-Teatru Manoel (TMYD) u l-Kollettiva TOI TOI.

Il-mira ġenerali ta’ TMYTtP hi li jkattar it-talent ta’ artisti żgħar permezz ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ u rappreżentazzjonijiet. Il-parteċipazzjoni fit-taħriġ tagħti lill-artisti li għadhom jibdew aċċess għal ambjent professjonali li se jgħinhom jiżviluppaw il-ħiliet performattivi tagħhom, kif ukoll ħiliet importanti għall-ħajja permezz ta’ xogħol fi grupp u kreattività.

TMYTP jġib għalliema viżitaturi ta’ livell dinji li jmexxu sessjonijiet ta’ ħidma speċjalizzati fit-tagħlim u jagħtu l-parteċipanti il-gwida esperta li jkollhom bżonn. Il-membri wkoll ikollhom l-opportunità eċċitanti li juru l-prestazzjoni tagħhom fuq il-palk prinċipali tat-Teatru Manoel.

Il-programm joffri staġun sħiħ għal taħriġ tekniku għal kull dixxiplina, flimkien ma’ kollaborazzjoni fit-tfassil ta’ xogħolijiet ġodda, li jilħaq il-qofol tiegħu f’wirja ta’ rappreżentazzjoni fi żmien ir-Rebbiegħa.

Din l-inizjattiva tnisslet mill-Konsulent għall-Arti Edukattiva Rosetta Debattista u ġiet imnedija fl-2011. Minn dak iż-żmien ‘’l hawn, TMYTP ipproduċa xogħol tal-ogħla kwalità, b’uħud minnhom li wkoll ingħataw rikonoxximent internazzjonali.

Il-produzzjoni rinomata CLUB, maħluqa u diretta minn Denise Mullholland għal ŻiguŻajg 2013, ittellgħet fl-Iskozja bħala parti mill-Glasgow 2014 Cultural Programme, u fit-2016 Chrysalis Festival, fi Traverse Theatre f’Edinburghu.

HUSH, mużikal musical oriġinali miktub u dirett minn Denise Mullholland u b’mużika u lirika ta’ Luke Saydon rebħet il-premju L-Aqwa Produzzjoni tas-Sena u L-Aqwa Xogħol għal Tfal u Żgħażagħ fit-tieni edizzjoni tal-Premju għall-Arti, imtella’ mill-Kunsill Malti għall-Arti.

 

Teatru għaż-Żgħażagħ tat-Teatru Manoel (TMYT)

Il-programm tat-Teatru għaż-Żgħażagħ joffri taħriġ u esperjenza performattiva tal-ewwel klassi għal żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-25 sena. Matul is-sessjonijiet ta’ tliet sigħat intensivi li jsiru darba fil-ġimgħa, il-membri jaħdmu ma’ diretturi professjonali, fejn jitgħallmu kif ifasslu b’mod artistiku u jwettqu rappreżentazzjoni professjonali. Ta’ darba fis-sena l-membri jingħataw l-opportunità unika li jtellgħu produzzjoni fuq il-palk prinċipali.

Bosta rappreżentazzjonijiet ta’ valur ittellgħu minn meta tnieda l-programm fi Frar tal-2012, fosthom Lord of the Flies, Rubbish, Speak No Evil, NOW u Pjazza Pastizzi, Il-ħafna ġeneri li ttellgħu jvarjaw minn Shakespeare għal teatru fiżiku u mima, minn commedia dell’arte u teatru mużikali.

Opera għaż-Żgħażagħ tat-Teatru Manoel (TMYO)

Is-sessjonijiet ta’ TMYO jkopru reċtar għall-kantanti tal-opera, operetta u xeni mużikali, imma wkoll jippermettu lis-istudenti biex jingħaqdu ma’ artisti professjonali biex jidħlu fil-proċess kreattiv ta’ ko-kreazzjoni ta’ xogħol eċċitanti ġdid.

Sabiex jiġu riflessi r-realtajiet tal-kant fis-Seklu 21, l-istudenti huma nkoraġġuti mħeġġa li jesploraw bosta ġeneri mużikali u jipprattikaw il-kant bil-Franċiż, Ġermaniż, Ingliż, Taljan u Russu mal-għalliema viżitaturi, li wkoll jinkludu kompożituri lokali u internazzjonali.

Studenti tat-TMYO għandhom ukoll l-opportunità li jattendu masterclasses minn għalliem tal-opera għal-leħenvuċi fi stil operistiku, li jkunu ġew minn madwar l-Ewropa, li kollha kemm huma taw taħriġ f’wieħed jew aktar mit-teatri tal-opera ewlenin Ewropej.

Żfin għaż-Żgħażagħ tat-Teatru Manoel (TMYD)

Dan il-programm jilqa’ żeffiena b’esperjenza performattiva li huma komdi fuq il-palk. Madankollu, kulħadd li l minhu ġej minn ambjent differenti imma li juri potenzjal fiż-żfin ukoll huwa mħeġġeġ li japplika.

Il-programm ta’ taħriġ prinċipali li jittella’ minn Ottubru sa April huwa b’xejn għall-applikanti ta’ suċċess, f’konformità amal-impenn tat-teatru għall-iżvilupp tal-artisti u l-ħolqien ta’ xogħol artistiku ġdid.

Kollettiva TOI TOI (TTC)

 

L-eksx- studenti mħarrġa tat-teatrutal-programm TMYTP, li kollha kemm huma pparteċipaw fil-programmi ta’ taħriġ tagħna, jiffurmaw parti minn din il-kumpanija żgħira, bl-għajnuna u l-appoġġ tat-teatru.

Hemm bosta opportunitajiet ta’ tagħlim u rappreżentazzjonijiet fid-drama, mużika u żfin, li jinkoraġġixxu talent żagħżugħ biex jikber. Immexxija mill-esperti tal-industrija, artisti żgħażagħ jistgħu jiktbu, jidderieġu, jikkopruduċu, jikkomponu, jmexxu u jipparteċipaw fix-xogħol tagħhom – Żgħażagħ-għal-Żgħażagħ, fil-qalba tal-programm.

 

Arkivji / Ħarsa lejn Produzzjonijiet Passati

Tlift produzzjoni li vera xtaqt tattendi? Bi pjaċir inħabbru li issa tista’ tesperjenza t-Teatru Manoel mill-kumdità ta’ darek!

Gawdi lejla ġewwa fil-kumpanija ta’ rappreżentazzjonijiet irrekordjati mis-serje tagħna online, jew ara r-ritratti ta’ produzzjonijiet passati tagħna. Din is-serje qiegħda maqsuma skont l-etajiet sabiex tkun eħfef li tagħmel referenza għaliha.

L-aħjar rakkomandazzjoni: The Storm.

Miktuba u mfassla minn TTC, din il-produzzjoni titratta s-suġġett diffiċli tal-ansjetà fit-tfal, u tesplora l-aħjar modi kif tindirizza sitwazzjonijiet ta’ stress. Attwalment din il-produzzjoni qed tiġi offruta bi ħlas bħala pakkett għall-iskejjel.

Waqt li r-rappreżentazzjonijiet online huma disponibbli bla ħlas, ma kinux bla ħlas biex ġew prodotti. Kull donazzjoni hija milqugħa u tista’ tinbagħat permezz ta’ din il-ħolqa. Il-qligħ kollu jmur għal ħlas tal-artisti.

Riżorsi

Kull produzzjoni, live jew online, għandha pakkett ta’ riżorsi għall-għalliema, ġenituri jew kustodji, u jinkludi aktar informazzjoni dwar ir-rappreżentazzjoni, dettalji tal-kast u t-tim ta’ produzzjoni u x’tistenna mill-produzzjoni. Apparti minn hekk, din il-gwida tmur naqra aktar lil hinn u fiha hemm materjal ta’ tagħlim bħala suġġett edukattiv, punti ta’ diskussjoni rilevanti, attivitajiet suġġeriti, u aktar.

Hemm bosta kontenut eċċitanti disponibbli f’dawn il-pakketti, u s-suġġetti jvarjaw minn strumenti klassiċi, stili ta’ żfin u espressjoni artistika, għall-istorja tal-Karnival, sens ta’ diqa żagħżugħa u Shakespeare Bites, fost bosta affarijiet oħra.

Itagħllem iżjed

Ittraħbar

Abbona biex tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet tat-Teatru Manoel!

Ibbukkja Issa
teatru-manoel-white-logo@3x