Termini u Kundizzjonijiet

Termini u Kundizzjonijiet

Termini u Kundizzjonijiet tal-Użu (TCU)

Merħba fis-sit tat-Teatru Manoel (iktar ’il quddiem imsejjaħ l-entità) (is-“Sit”). Jekk jogħġbok aqra dawn it-termini tal-użu bir-reqqa qabel tuża s-Sit. Billi tuża u taċċessa dan is-sit qed tindika li taqbel mat-termini u l-kundizzjonijiet. Jekk ma taqbilx magħhom, jekk jogħġbok ħalli s-sit immedjatament.

Teatru Manoel jopera u jikkontrolla dan is-sit u għalhekk jirriserva d-dritt, fid-diskrezzjoni unika tiegħu, li jimmodifika, jibdel jew jaġġorna b’xi mod jew ieħor dawn it-Termini ta’ Użu fi kwalunkwe ħin. Bl-użu tiegħek fuq dan is-Sit, taqbel li tkun marbut b’tali modifiki, bidliet jew aġġornamenti.

Mailing Lists

Billi tirreġistra bħala web user, qed taqbel li tintbagħat informazzjoni dwar attivitajiet organizzati u għaddejjin fit-Teatru Manoel.

Jekk tiddeċiedi li ma tirċevix xi waħda jew it-tip ta’ informazzjoni msemmi hawn fuq, jekk jogħġbok għarrafna.

Xiri ta' Biljetti Online

L-entità tuża l-MITA Payment Gateway. Id-dettalji personali kollha huma encrypted, u l-ebda dettalji tal-karta ta’ kreditu ma huma maħżuna minn Teatru Manoel. Filwaqt li l-entità ppruvat tagħmel il-ħlas kemm jista’ jkun sikur, l-utent jifhem li xi riskji jistgħu jkunu għadhom jeżistu u li kwalunkwe telf ta’ data personali ma jistax jirriżulta f’responsabbiltà tal-entità.

Usernames u passwords

Jekk jogħġbok kun af li inti responsabbli għall-username u l-password li tuża fuq dan is-sit. Għandek dejjem iżżommhom kunfidenzjali u għandek tibdilhom perjodikament. Jekk taħseb li xi ħadd ieħor kiseb aċċess għall-username u l-password tiegħek għandek tibdilhom mill-ewwel.

Rifużjonijiet

Il-bejgħ tal-biljetti huwa finali u mhux rimborsabbli. Int responsabbli għad-dettalji li tissottometti inkluż l-għażla tal-ispettaklu u d-data korretta. L-entitajiet ma jistgħux jinżammu responsabbli għal xi żbalji tal-klijenti. Jekk it-tranżazzjoni ma titlestiex, il-flus ma jitnaqqsux mill-kont tiegħek.

Disponibbiltà fuq is-Sit

Il-bejgħ tal-biljetti online huwa servizz offrut minn Teatru Manoel. L-entità tirriserva d-dritt li twaqqaf jew tillimita l-użu tiegħu.

Disponibbiltà tal-Biljetti

Il-bejgħ tal-biljetti online huwa suġġett għad-disponibbiltà.

Prezz tal-biljett

Il-prezz tal-biljett ikun b’mod ċar fuq l-iskrin qabel it-tranżazzjoni. Dan il-prezz jinkludi t-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, fejn hu applikabbli. Il-prezz tad-dħul jista’ jinbidel fi kwalunkwe ħin fid-diskrezzjoni unika tat-tmexxija.

Skontijiet u Promozzjonijiet

Jekk jogħġbok kun af li mhux l-iskontijiet u l-promozzjonijiet kollha jistgħu jkunu disponibbli online. Madankollu dawn se jkunu disponibbli fl-uffiċċini tal-ibbukkjar. Jekk jogħġbok ikkuntattjana għal aktar informazzjoni u għal promozzjonijiet li jistgħu jkunu għaddejjin minn żmien għal żmien.

Responsabbiltà

Xi drabi, minħabba ċirkostanzi mhux mistennija, xi spettaklu jkollu jiġi kkanċellat jew jiġi pospost. Teatru Manoel ma jistax jinżamm responsabbli għal ebda ammont għajr l-ispiża tal-biljetti mixtrija jekk l-entità tkun qed tipproduċi l-produzzjoni. Teatru Manoel ma jistax jinżamm responsabbli għal produzzjonijiet ta’ terzi entitajiet. L-isem tal-produttur huwa identifikat b’mod ċar fil-lista tal-avvenimenti.

Bejgħ mill-ġdid

Meta tixtri l-biljetti online, int tiggarantixxi li l-biljetti huma għall-użu personali tiegħek biss u mhux biex terġa’ tbiegħhom.

Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data

Teatru Manoel jopera skont il-Leġislazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Aħna niġbru biss informazzjoni li tkun ġiet mogħtija lilna mill-klijent. Id-dettalji tal-karta tal-kreditu qatt ma jinġabru mill-entità jew minn kwalunkwe kumpanija sussidjarja tagħha. Aħna qatt mhu se ngħaddu xi dettalji tiegħek lil xi partijiet terzi mingħajr il-konċessjoni tiegħek. L-informazzjoni se tintuża skont l-att dwar il-Protezzjoni tad-Data biex tipproċessa t-talba tiegħek online kif ukoll għal skopijiet amministrattivi u storiċi.

Jekk tixtieq titneħħa mill-mailing list tagħna jew mid-database tagħna jekk jogħġbok ibgħatilna e-mail fuq bookings@teatrumanoel.mt

Ix-xiri tal-biljetti jirrappreżenta l-aċċettazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin:

  1. Il-biljetti għandhom jiġu ċċekkjati qabel ma jitilqu mill-uffiċċju tal-prenotazzjoni.
  2. Dawk li jaslu tard jiddaħħlu fl-Awditorju wara l-ewwel waqfa.
  3. L-ebda fliexken, tazzi, xorb, ikel eċċ. mhuma permessi fl-Awditorju u kwalunkwe żona oħra ristretta.
  4. Il-mowbajls u kull apparat elettroniku ieħor għandhom jintfew fl-Awditorju.
  5. It-teħid ta’ ritratti, ħsejjes u reġistrazzjonijiet tal-vidjow waqt il-prestazzjoni mhux permess.
  6. Tfal taħt is-6 snin mhux se jiddaħħlu ħlief għal wirjiet tat-tfal u tal-familja.
  7. It-tfal, anke meta jkunu akkumpanjati mill-ġenituri tagħhom, ikunu meħtieġa li jokkupaw siġġu.
  8. F’konformità mal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data, ix-xiri ta’ dan il-biljett ifisser aċċettazzjoni li bħala membru tal-udjenza d-detentur jista’ jiġi ffilmjat u/jew irrekordjat għal xandir eventwali. Barra minn hekk, id-dejta personali, jekk ipprovduta, tista’ tintuża f’listi tal-posta għal avvenimenti teatrali esklussivament.
  9. Il-Maniġment jirriżerva d-dritt li jvarja jew iħalli barra kwalunkwe parti tal-programm mingħajr avviż minn qabel.
  10. Biljetti mixtrija mhumiex rimborsabbli.
  11. Ir-reponsabbiltà tat-tfal hija tal-ġenituri jew min jakkumpanjahom sabiex jaraw il-produzzjoni. Waqt il-produzzjonijiet, it-tfal jridu jkunu dejjem akkumpanjati minn adult
  12. Meta t-tfal jattendu għal produzzjoni bħala ħarġa organizzata mill-iskola, l-għalliema jew min qiegħed jakkumpanjahom, huma resposabbli tagħhom.
  13. Tfal li li jitħallew waħedhom waqt jew wara li tispiċċa l-produzzjoni, mhix reponsabbiltà tat-Teatru Manoel li jieħu ħsiebhom. Jekk tifel jew tifla jitħallew waħedhom, it-Teatru jieħu l-azzjonijiet meħtieġa fil-mument u mhux eskluż li jkunu mgħarrfa l-awtorijiet relevanti.
  14. It-Teatru Manoel mhux resposabbli għal kull korriment li jista’ jseħħ fit-Teatru. Jekk minuri jweġġgħu, ikunu responsabbli għalihom il-ġenituri, l-għalliema jew min qed jakkumpanjahom. 
Ibbukkja Issa
teatru-manoel-white-logo@3x