Add to my calendar
11 May 2024 - 11 May 2024

Awdizzjonijiet: ‘Is-Surmast’

Back to What's on

Description

Fl-okkażjoni tat-tletin anniversarju minn meta ‘Is-Surmast’ ittella’ għall-ewwel darba, it-Teatru Manoel se jerġa’ jipproduċi dan id-dramm.

‘Is-Surmast’, miktub minn Trevor Zahra huwa rumanz soċjali u umoristiku dwar surmast ta’ skola primarja li huwa eċċentriku daqskemm simpatiku.

Dati tal-awdizzjoni: Is-Sibt 11 u l-Ħadd 12 ta’ Mejju 2024: 10am-1pm

Bidu tal-provi: It-Tnejn 17 ta’ Frar 2025

Rappreżentazzjonijiet: 4, 5, 6 t’April 2025

Jekk inti interessat biex tiġi għall-awdizzjoni, ibgħat email fuq info@teatrumanoel.mt sal-Ħamis 9 ta’ Mejju. Fis-suġġett ikteb “Surmast Awdizzjoni” u niżżel liema ġurnata se tattendi (11 jew 12 ta’ Mejju) u għal-liema parti se tkun qed tagħmel awdizzjoni.

KARATTRI:

Is-Surmast (Karmenu Ciantar) Għażeb – Surmast tal-iskola primarja fis-snin 70 50 – 55 SENA

Is-Sur Agius Għalliem żagħżugħ – moħħ ir-riħ 25 – 35 SENA

Is-Sur Baldacchino Għalliem żagħzugħ – għarus 25 – 35 SENA

Miss Buhagiar Għalliema , tradizzjonali għall-aħħar u leali lejn l-amministrazzjoni 35 – 45 SENA

Wiġi l-Purtinar Karattru “tar-raħal” mezza età 40 – 60 SENA

L-Inspector Tip militari. 40 – 60 SENA

Dun Ġużepp Qassis mezza età. Kollu self-righteousness 40 – 50 SENA

Iż-Żrinżu (Toninu) Tifel tal-iskola, imqareb 8 – 10 SNIN

Saverin (oħt is-Surmast) Xebba. Kwieta u sottomessa għal ħuha. 40 – 50 SENA

Ġiġa (ħabiba tat-tfulija tas-Surmast) Mara attraenti, għadha żżommha ħafna. 40 – 50 SENA

 

Il-parti tal-iskript biex tipprepara għall-awdizzjoni tinsab hawn taħt:

Ġiġa / Surmast

Inspector / Wiġi / Surmast

Miss Buhagiar / Surmast

Surmast

Iż-Żrinżu (tifel) / Wiġi / Surmast

Sur Agius / Sur Baldacchino / Surmast

Saverin / Dun Ġużepp

Min se jattendi għall-awdizzjonijiet, huwa mitlub li jkun familjari mal-iskript ta’ dan id-dramm iżda m’hemmx il-ħtieġa li jkun jaf il-linji bl-amment.

    Book Now
    teatru-manoel-white-logo@3x