
Produzzjoni: Teatru Manoel
Direzzjoni: Joseph Galea
Kitba’: André Mangion
Lingwa: Malti
Għeluq tas-Sejħa: 16 ta’ Novembru 2026
Teatru Manoel qed jilqa’ applikazzjonijiet mingħand atturi interessati li jieħdu sehem fi Tad-Demm u l-Kartapesta, produzzjoni teatrali Oriġnali bil-Malti li l-ġrajja tagħha tiżvolġi f’żewġ perjodi differenti: l-1908 u l-2018. L-etajiet indikati hawn taħt jirreferu għall-età li l-attur għandu jkunkapaċi jirrappreżenta fuq il-palk, u mhux neċessarjament għall-età reali tiegħu.
Fr. Karl Seguna – Qassis mir-raħal ta’ madwar 35. Dixxendenti tal-istatwarju Karmenu Seguna. Kien appuntat Arċipriet tal-paroċċa għaxar snin qabel.
Twanny Bartolo – Għandu għal qalbu il-festa tar-raħal. Il-President tal- Banda u wieħed mirreffiegħa tal-istatwa. Dilettant ta’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-festa. Bejn 50 u 60 sena. Miżżewweġ lil Josephine.
Josephine Bartolo – Għall-ħafna snin talbet lil Madonna biex ikollha t-tfal imma tfal qatt ma kellha. Bejn 45 u 55 sena. Miżżewġa lil Twanny.
Mario Abela – Membru fil-każin u wieħed mirreffiegħa. Ħabib kbir ta’ Twanny. Ilhom jerfgħu flimkien snin twal. Għandu fuq il-50 sena. Miżżewweġ lil Connie u missier Maria.
Connie Abela – Mara taddar. Bejn 45 u 55 sena. Likbar inkwiet tagħha hija binta Maria. Miżżewġa lil Mario.
Maria Abela – Bint Connie u Mario. Għandha madwar 30 sena. Ikollha ħafna xi tgħid m’ommha u missierha. Ribelluża. Irrabjata. Xi darba kienet tinnamra ma’ Fr. Karl, meta kienu żgħar.
Monsinjur Preca – Il-Kanċillier fil-Kurja tal-Arċisqof. Jieħu ħsieb larkivji, u l-wirt tal-Knisja f’Malta. Fuq 40 sena.
Mona Seguna – Omm Fr.Karl. Fuq is-60. Miżżewġa fil-familja Seguna u armla. Ħadet fuqha l-irwol li tippriserva l-memorja u l-legat talfamilja Seguna.
Spiro Seguna – Iz-Ziju eċċentriku ta’ Fr. Karl. Artist li ma jsib kwiet imkien. Bejn 55 u 60 sena.
Karmenu Seguna – Statwarju ċelebri u ta’ ħila kbira. Sawwar l-istatwa tal- Madonna tal-Ferħ Tagħna, fost ħafna xogħlijiet
oħra. Għandu bejn qrib l-40 sena. Miżżewweġ lil Margarita u missier Ġan Mari u Pawlu.
Ġan Mari Seguna – 10 snin. Għandu don biex jisraq il-qlub. Kulħadd jiggustah. Il-mimmi t’għajnejn familtu.
Margarita Seguna – omm Ġan Mari u Pawlu. Mart Karmenu. Ghandha madwar 35 sena. Tieħu ħsieb il-familja bl-aħjar mod li tista’. Oħt Gejtu Spiteri u z-Zija ta’ Wistin.
Gejtu Spiteri – ħu Margarit. Kuntistabli talpulizija. M’għandux tfal. In-neputijiet iħobbhom ħafna speċjalment lil Ġan Mari. 30 – 40 sena.
Wistin Spiteri – Għandu 17-il sena. Trabba ma’ Karmenu u Margarit. Tgħallem is-sena ta’ statwarju mingħand zijuh Karmenu.
Reverendu Psaila – Il-Kappillan tar-raħal fl-1908. Ikkumissjona u ħallas għal istatwa titulari tal Madonna tal-Ferħ Tagħna.
Dawk interessati għandhom jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom fuq info@teatrumanoel.mt sa mhux aktar tard minn 16 ta’ Novembru 2026.
Suġġett tal-email: Tad-Demm u l-Kartapesta– Sejħa tal-Atturi – [ISEM U KUNJOM]
Fl-email għandhom jinkludu:
Il-kandidati magħżula għall-fażi tal-awdizzjonijiet jiġu kkuntattjati b’aktar tagħrif dwar iddata, il-ħin, il-post u l-materjal li għandhom jippreparaw. Fil-każ ta’ kandidati taħt it-18-il sena, l-applikazzjoni u l-parteċipazzjoni għandhom isiru blinvolviment tal-ġenitur jew tat-tutur legali u skont il-proċeduri applikabbli għall-protezzjoni tal-minuri.
Data tal-Auditions: 21 u 22 ta’ Novembru 2026
Post: Teatru Manoel
Teatru Manoel iħeġġeġ lill-atturi b’esperjenzi u sfondi differenti sabiex japplikaw. L-għażla finali ssir skont il-ħtiġijiet artistiċi tal-produzzjoni.
Dati tal-produzzjoni: 12, 13, 14 ta’ Marzu 2027
Ġimgħa tal-Produzzjoni: 7 – 14 ta’ Marzu 2027
Perjodu tal-provi: 14 ta’ Jannar – 14 ta’ Marzu 2027
