Ibgħat email fuq info@teatrumanoel.mt li tkun tinkludi CV u covering letter. Fis-suġġett tal-email ikteb ‘Usher’.
Deskrizzjoni
It-Teatru Manoel, it-Teatru Nazzjonali ta’ Malta u wieħed mill-eqdem teatri fid-dinja li għadhom joperaw, qed ifittex ushers li jilqgħu u jiggwidaw lill-udejnza.
Responsabbiltajiet:
Li tilqa’ lill-mistednin b’mod mill-iktar edukat
Tivverifika l-biljetti filwaqt li twassal lill-mistednin fil-post tagħhom
Tqassim ta’ fuljetti, brochures u materjal ieħor
Tigwida lill-mistednin lejn postijiet varji fit-Teatru
Tassisti lill-mistednin f’xi mistoqsijiet li jista’ jkollhom
Tassisti lill-persuni b’diżabbiltà skont il-bżonnijiet tagħhom
Monitoraġġ tal-mistednin sabiex ikun żgurat li tinżamm is-sigurtà neċessarja
Tara li jkun hemm infurzar tar-regoli
Tiżgura li l-entratura tat-Teatru tinżamm nadifa u organizzata
Irid Ikollok:
Personalità
Apparenza pulita
Ħiliet eċċellenti ta’ komunikazzjoni
L-abbiltà li tidentifika l-bżonnijiet tal-udjenza
L-abblità li toffri customer care eċċezzjonali
L-abbiltà li tibqa’ kalm f’sitwazzjonijiet stressanti
Tkun tista’ taħdem kemm fost il-ġimgħa kif ukoll fil-weekend u fil-festi
Sejħa għall-Atturi Produzzjoni: Teatru Manoel Direzzjoni: Joseph Galea Kitba': André Mangion Lingwa: Malti Għeluq tas-Sejħa: 16 ta' Novembru 2026 Rekwiżiti:...