Imwaqqaf fl-2012, it-TMYT huwa meqjus bħala t-Teatru Nazzjonali Malti għaż-Żgħażagħ. Atturi żgħażagħ huma mħeġġa jkunu kreattivi, jitgħallmu u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom bħala parti minn tim, b’enfasi fuq teknika ta’ taħriġ għall-atturi u opportunitajiet ta’ prestazzjoni matul l-istaġun.
TMYT huwa proġett ta’ TOI TOI fi ħdan il-Programm ta’ Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru Manoel. Dawk li jiġu aċċettati għandhom jiffirmaw kuntratt ta’ impenn u jħallsu tariffa annwali ta’ tagħlim ta’ €150.00 biex tkopri l-ispejjeż tal-għalliema ta’ kull ġimgħa.
X’għandek tipprepara:
Monologu tal-għażla tiegħek, 1-2 minuti (preferibbilment kontemporanju)
Kanzunetta tal-għażla tiegħek, 3 minuti (preferibbilment kontemporanja)
Ilbies komdu
X’qed infittxu:
Atturi impenjati u entużjasti li jkunu disposti għal kollaborazzjoni u esperimentazzjoni.
HR/TM/07/2025 Teatru ManoelExecutive Officer (Stage Artist & Stage Crew) Jobsplus Permit Number: 1063/2025L-applikazzjonijiet Jagħlqu: l-Ġimgħa 21 ta’ Novembru 2025 f’nofsinhar.Kif...
Biex Tapplika: Ibgħat email fuq info@teatrumanoel.mt li tkun tinkludi CV u covering letter. Fis-suġġett tal-email ikteb ‘Usher’. Deskrizzjoni It-Teatru Manoel, it-Teatru...
Call Għal lis Skripts Producers: Teatru Malta, Teatru Manoel, and Spazju Kreattiv, Arts Council MaltaSubmissions deadline: 30th JuneDeskrizzjoni:Teatru Malta, Teatru...