Teatru Manoel Youth Theatre Training Programme

Back to Opportunities

Awdizzjonijiet Għal Atturi 2026

Producers: TOI TOI

Date: 8 ta’ Novembru 2025

Ħin: 2pm

Location: Teatru Manoel Studios, 81 Old Mint Street Valletta

Application: 

Dawk interessati għandhom jibagħtu email fuq education@teatrumanoel.mt sabiex jibbukkjaw post.

Deskrizzjoni

Imwaqqaf fl-2012, it-TMYT huwa meqjus bħala t-Teatru Nazzjonali Malti għaż-Żgħażagħ. Atturi żgħażagħ huma mħeġġa jkunu kreattivi, jitgħallmu u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom bħala parti minn tim, b’enfasi fuq teknika ta’ taħriġ għall-atturi u opportunitajiet ta’ prestazzjoni matul l-istaġun.

TMYT huwa proġett ta’ TOI TOI fi ħdan il-Programm ta’ Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru Manoel. Dawk li jiġu aċċettati għandhom jiffirmaw kuntratt ta’ impenn u jħallsu tariffa annwali ta’ tagħlim ta’ €150.00 biex tkopri l-ispejjeż tal-għalliema ta’ kull ġimgħa.

X’għandek tipprepara:

  • Monologu tal-għażla tiegħek, 1-2 minuti (preferibbilment kontemporanju)
  •  Kanzunetta tal-għażla tiegħek, 3 minuti (preferibbilment kontemporanja)
  • Ilbies komdu

X’qed infittxu:

  • Atturi impenjati u entużjasti li jkunu disposti għal kollaborazzjoni u esperimentazzjoni.
Ibbukkja Issa
teatru-manoel-white-logo@3x