Studio Francis Ebejer – Sejħa Għal Skritti

Back to Opportunities

Sejħa Għal Skritti

Produtturi: Teatru Malta, Teatru Manoel, and Spazju Kreattiv, Arts Council Malta

Skadenza għas-Sottomissjoni: Monday 31st August

Deskrizzjoni:

Teatru Malta, Teatru Manoel, u Spazju Kreattiv, f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, reġgħu ngħaqdu flimkien biex iniedu t-tielet edizzjoni tal-proġett ta’ kitba Studio Francis Ebejer. B’din is-sejħa, qed nistiednu lill-kittieba biex jissottomettu proposti għar-riċerka u l-iżvilupp (R&D) ta’ drammi għat-teatru u għar- radju, miktuba primarjament bil-lingwa Maltija.

Skeda ta’ Żmien:

• It-Tnejn 3 t’Awwissu 2026 – Tnedija uffiċjali tas-Sejħa għall-Applikazzjonijiet.

• It-Tnejn 31 t’Awwissu 2026 – Skadenza uffiċjali għas-sottomissjonijiet kollha.

• Settembru 2026 – Il-proċess ta’ evalwazzjoni u għażla. Il-membri tal-kumitat eżistenti u rappreżentanti mill-entitajiet rispettivi se jirrevedu l-applikazzjonijiet kollha b’mod kollettiv.

• Ottubru 2026: Ix-xogħlijiet magħżula jiġu mħabbra uffiċjalment.

• Ottubru 2026 ’l quddiem: Żvilupp tal- iskript, mentorship, iffurmar tat-timijiet kreattivi, u l-proċess formali ta’ R&D. Għal Spazju Kreattiv u Teatru Malta, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’mod dinamiku abbażi tal-iskedi tal-programmi tagħhom.

• Ottubru 2027 – Lulju 2028: Perjodi maħsuba għall-premieres potenzjali tal-proġetti:

• Ottubru 2027: Teatru Manoel

Ibbukkja Issa
teatru-manoel-white-logo@3x