Add to my calendar
Event Ended
Music

JAZZ BRIDGES

Back to What's on

Dettalji

Produttur:Teatru Manoel
Età tad-Dħul:6+
Post:Main Stage, Teatru Manoel

Deskrizzjoni

Kunċert ta’ mużika jazz fejn l-Italja tiltaqa’ ma’ Malta, b’parteċipazzjoni tas-saxofonista Taljan magħruf Jossy Botte flimkien mal-kwartett ta’ Angela Vella Zarb. Ir-repertorju jinkludi standards tal-jazz u kompożizzjonijiet kontemporanji.

Jossy Botte huwa saxofonista, klarinettista, kompożitur u arranġatur Taljan, illum meqjus bħala wieħed mill-aktar vuċijiet oriġinali fil-jazz Taljan. Bħala artist, huwa deher fuq il-palk ta’ festivals u klabbs internazzjonali ewlenin: mill-Bergamo Jazz Festival sal-Jaffa Jazz Festival f’Tel Aviv, mill-Piacenza Jazz Festival sal-Villa Celimontana Jazz Festival f’Ruma, kif ukoll fil-Berklee Performance Center f’Boston u fil-Grolsch International Jazz Festival fl-Olanda.

Angela Vella Zarb ilha tkanta għal aktar minn 15-il sena, ma’ gruppi bħal Swing Nuages, The Honeymakers, u l-kollaborazzjoni Franco-Maltija Blue Tangerine. Hija dehret diversi drabi fil-Malta Jazz Festival, u internazzjonalment fl-Iżvezja, Pariġi, l-Italja, Vjenna u Beijing. Fl-2022 ħarġet l-ewwel album tagħha bħala solista, bl-isem Funny Face. Għal dan il-kunċert hija tkun akkumpanjata minn Karl Galea fuq il-kitarra, Oliver Degabriele fuq il-kuntrabbaxx u Ġuże’ Camilleri fuq id-drums.

    Theatrical Tour
    coming soon
    8 October - 8 October
    coming soon
    17 September - 17 September
    Dance
    coming soon
    10 October - 10 October
    Drama
    coming soon
    16 October - 18 October
    Musical
    coming soon
    23 October - 1 November
    Drama
    coming soon
    6 November - 15 November
    Opera
    coming soon
    12 November - 12 November
    Music
    coming soon
    17 November - 17 November
    Ibbukkja Issa
    teatru-manoel-white-logo@3x