Il-Teatru Manoel se jospita l-wirja finali tal-Gala tal-YGP Intensive Malta, li tiċċelebra jiem ta’ żvilupp artistiku, dedikazzjoni u kollaborazzjoni internazzjonali. Serata ta’ ispirazzjoni li se tinkludi repertorju kemm ta’ Ballet Klassiku kif ukoll Kontemporanju.
Tul l-intensiv, il-parteċipanti se jaħdmu mill-qrib ma’ tim eċċezzjonali ta’ artisti u edukaturi taż-żfin rinomati internazzjonalment, fosthom Alexei Moskalenko, Robert Parker, Qian Liu, Carlos Lopez, Dimitri Magitov u Marisha Bonnici.
Il-Gala se turi l-versatilità u l-artistri żviluppati matul l-intensiv, permezz ta’ wirjiet li jenfasizzaw l-eċċellenza teknika, il-mużikalità u l-kreattività.
Is-serata se tagħlaq b’Grand Défilé li se jinkludi lill-istudenti kollha parteċipanti, bħala ċelebrazzjoni tal-għaqda, is-suċċess u l-passjoni komuni għaż-żfin li tgħaqqad artisti żgħażagħ minn sfondi u livelli ta’ taħriġ differenti.