Add to my calendar
Event Ended

God of Carnage

Back to What's on

Dettalji

Produttur:Teatru Manoel
Età tad-Dħul:14+
Post:Main Stage, Teatru Manoel
Prezz: €28 | €24 | €20
(discounts: €25 & €21 & €18 for students and senior citizens)

Deskrizzjoni

Miktub oriġinarjament bil-Franċiż minn Yasmina Reza u tradott għall-Ingliż minn Christopher Hampton, dan id-dramm għandu direzzjoni ta’ Andre Agius u se jkun qed jittella’ bil-lingwa Ingliża.

‘God of Carnage’ hija ‘dark comedy’ eċċezzjonali li ttellgħet għall-ewwel darba fl-2006 f’Zurich fejn imbagħad rebħet il-‘Moliere Award for Best Play’ ġewwa Pariġi. Fl-2008 għamlet id-debut tagħha fil-West End b’kast li inkluda lil Ralph Fiennes, Tamsin Grieg, Ken Stott u Janet McTeer. Fid-debut ta’ Broadway fl-2009, il-kast kien magħmul minn Jeff Daniels, Hope Davis, James Gandolfini u Marcia Gay Harden. Minn dakinhar sal-lum, dan id-dramm ittella’ f’bosta teatri madwar id-dinja kollha, fejn ġibed lejh udjenzi numerużi

Din il-produzzjoni se tieħu lill-udjenza f’sitwazzjoni ta’ kunflitt li tiżviluppa bejn żewġ koppji ġenituri, meta jiltaqgħu sabiex jiddiskutu argument li kien hemm bejn uliedhom li għandhom 11-il sena. Hekk kif tikber u tiżdied it-tensjoni, din il-produzzjoni toffri kummentarju mill-aqwa dwar id-dinamika tas-soċjetà moderna li qed ngħixu fiha llum. Għalhekk titilfux din l-opportunità biex taraw din il-produzzjoni li se tesplora n-natura umana u ċ-ċivilizzazzjoni.

    Cast

    Charlotte Grech : Veronica NovakPierre Stafrace : Michael NovakChris Dingli : Alan RaleighChiara Hyzler : Annette Raleigh

    Tim Artistiku

    Direttur:Andrè Agius
Theatrical Tour
coming soon
26 March - 26 March
MusicalToi Toi
21 March - 28 March
Music
coming soon
27 March - 27 March
MusicToi Toi
coming soon
2 April - 2 April
MusicToi Toi
coming soon
4 April - 6 April
Music
coming soon
7 April - 11 April
Music
coming soon
22 April - 22 April
Musical
coming soon
8 May - 17 May
Opera
coming soon
16 May - 16 May
Dance
coming soon
22 May - 24 May
Music
coming soon
5 June - 5 June
Drama
coming soon
6 June - 7 June
Music
coming soon
12 June - 12 June
Dance
coming soon
26 June - 27 June
Ibbukkja Issa
teatru-manoel-white-logo@3x