Add to my calendar
9 April 2026 - 9 April 2026

1732 – A Tour of Teatru Manoel

Back to What's on

Dettalji

Produttur:Teatru Manoel
Post:Teatru Manoel
Prezz: €15
Child 5 – 12 yrs €8

Deskrizzjoni

Ivvjaġġa Pass Lura fl-Istorja – “1732: Żjara fit-Teatru Manoel”

Fl-1732, il-bibien tat-Teatru Manoel – it-Teatru Nazzjonali ta’ Malta – infetħu għall-ewwel darba, u minn dakinhar ’l hawn, qatt ma ngħalqu. It-Teatru għex, ħalla impatt, u baqa’ marka fil-qalba kulturali ta’ Malta, anke fi żminijiet ta’ gwerra u pandemiji.

Aqta’ mill-ġenn tat-toroq tal-Belt u vvjaġġa lura fiż-żmen ġewwa dan it-teatru antik, wieħed mill-eqdem fl-Ewropa. Żur dan il-post maġiku fi vjaġġ ta’ siegħa mimli storja u daħk, mal-gwida u attur Jeremy Grech. Isma’ dwar argumenti bejn il-kavallieri, skopri fejn l-Innu Malti ndaqq għall-ewwel darba, u ara x’hemm mistur wara l-kwinti.

Esperjenza sabiħa għal kull età – għax kull roqgħa tat-Teatru għandha storja x’tirrakkonta.

    Theatrical Tour
    coming soon
    9 April - 9 April
    Music
    coming soon
    7 April - 11 April
    Drama
    coming soon
    16 April - 26 April
    Music
    coming soon
    22 April - 22 April
    Musical
    coming soon
    8 May - 17 May
    Opera
    coming soon
    16 May - 16 May
    Dance
    coming soon
    22 May - 24 May
    Music
    coming soon
    5 June - 5 June
    Drama
    coming soon
    6 June - 7 June
    Music
    coming soon
    12 June - 12 June
    Dance
    coming soon
    26 June - 27 June
    Ibbukkja Issa
    teatru-manoel-white-logo@3x