Apollo et Hyacinthus hija l-ewwel attentat fil-kompożizzjoni tal-opra ta’ Wolfgang Amadeus Mozart’s (1756-1791), li kiteb meta Mozart kellu biss 11-il sena.
Minkejja l-età żgħira, din l-opra diġà turi sinjali tal-kapaċità mużikali. Filwaqt li ma tantx tittella’, din l-opra hija bbażata fuq l-istorja ta’ Apollo u Hyacinth mill-mitoloġija Griega li tirrakkonta l-ġrajja ta’ mħabba bejn Apollo u l-prinċep Spartan żagħżugħ Hyacinth, kif ukoll l-omiċidju ta’ Hyacinth minħabba l-għira ta’ Zephyrus.
F’din l-interpretazzjoni ta’ Apollo et Hyacinthus, id-Direttur Fabio Ceresa jagħti togħma rikka tal-opra ta’ Mozart, ikkumplimentata minn sett u disinn tal-kustumi minn Giuseppe Palella.
Din il-produzzjoni hija parti mill-Valletta Early Opera Festival u hija appoġġjata mill-Istituto Italiano di Cultura La Valletta u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.