Add to my calendar
Opera

Il Barbiere di Siviglia

Back to What's on

Dettalji

Produttur:Teatru Manoel
Post:Main Stage, Teatru Manoel

Deskrizzjoni

Il Barbiere di Siviglia huwa l-aktar xogħol famuż ta’ Gioacchino Rossini – opra komika f’żewġ atti, b’librett ta’ Cesare Sterbini, ibbażat fuq id-dramm komiku Franċiż li jġib l-istess isem miktub minn Pierre Beaumarchais fl-1775.

 

Din il-produzzjoni ġdida hija diretta minn Denise Mulholland, bi tmexxija mużikali ta’ Mro. Michael Laus u bis-sehem ta’ Leonardo Ferrando bħala l-Konti ta’ Almaviva, Felipe Oliveira bħala Don Bartolo, Heather Lowe bħala Rosina, u André Morsch bħala Figaro il-barbier. Pavlo Balakin jaħdem ilparti ta’ Basilio, James Agius ta’ Fiorello u Alexandra Camilleri Gambin ta’ Berta. It-tmexxija mużikali hija ta’ Mro Michael Laus li jidderiġi l-Malta Philharmonic Orchestra. KorMalta jieħdu sehem taħt id-direzzjoni ta’ Riccardo Bianchi.

 

L-opra Il Barbiere di Siviglia kienet ikkummisjonata mill-impreżarju tat-Teatro Argentina fl-aħħar tas-sena 1815, meta Rossini kellu kważi 24 sena.

 

Rosina, taħt il-protezzjoni ta’ Dr. Bartolo, kienet miżmuma maqfula f’kamritha minn Bartolo għax kien qed jippjana biex jiżżewwiġha, għalkemm hi kienet tobogħdu. Iż-żagħżugħ Konti Almaviva kien iħobbha mill-bogħod u uża diversi kostumi bil-moħbi fl-attentati tiegħu biex jirbaħha, anke wieħed bħala Alonzo, għalliem sostitut tal-mużika. Il-barbier makakk ta’ Bartolo, Figaro, kellu sehem kontrih f’din il-biċċa. Fil-verità, kien Figaro stess li seraq il-muftieħ tal-kamra ta’ Rosina biex jgħaddiha lil Almaviva. B’xorti ħażina, Almaviva kien imlibbes bħala Alonzo meta ltaqa’ ma’ Rosina. Għalkemm kienet tħobb lil ‘Alonzo’, Bartolo bis-suspetti tiegħu, ikkonvinċa lil Rosina li Alonzo ried jisraqha u jbigħha lil xi konti ħażin. Iddiżappuntata, hija qablet li tiżżewweġ lil Bartolo dak il-lejl stess. Figaro kellu bżonn l-inġenwità kollha tiegħu biex jibdel lil Konti Almaviva ma’ Bartolo waqt iċ-ċerimonja taż-żwieġ.

    Theatrical Tour
    26 August - 21 October
    Drama
    coming soon
    19 October - 19 October
    Drama
    coming soon
    24 October - 2 November
    TheatreToi Toi
    coming soon
    25 October - 26 October
    MusicalToi Toi
    coming soon
    29 October - 12 November
    Music
    coming soon
    29 October - 29 October
    ComedyToi Toi
    coming soon
    30 October - 13 November
    Drama
    coming soon
    14 November - 21 November
    Music
    coming soon
    25 November - 25 November
    Baby SeriesToi Toi
    coming soon
    29 November - 8 December
    Dance
    coming soon
    8 December - 13 December
    MusicToi Toi
    coming soon
    13 December - 20 December
    Play
    coming soon
    21 December - 5 January
    Baby SeriesToi Toi
    coming soon
    31 January - 7 February
    Opera
    coming soon
    22 February - 1 March
    Drama
    coming soon
    6 March - 15 March
    MusicalToi Toi
    coming soon
    21 March - 28 March
    MusicToi Toi
    coming soon
    4 April - 5 April
    TheatreToi Toi
    coming soon
    25 April - 26 April
    Baby SeriesToi Toi
    coming soon
    23 May - 30 May
    Ibbukkja Issa
    teatru-manoel-white-logo@3x