Add to my calendar
Event Ended
Drama

1984

Back to What's on

Dettalji

Produttur:TOI TOI
Post:Main Stage, Teatru Manoel

Deskrizzjoni

Bħala parti mit-TOI TOI Classics, id-direttriċi Petra Sant, se tippreżenta fuq il-palk prinċipali tat-Teatru Manoel ir-rumanz klassiku 1984, ta’ George Orwell, b’addattament ta’ Robert Icke u Duncan Macmillan. 1984 ittella’ għallewwel darba fin-Nottingham Playhouse fl-2013 u hija produzzjoni inġenjuża, brillanti u li tqabbdek il-bard.

Fid-dinja tal-1984 is-sorveljanza hija kontinwa, il-verità hija immanipulata u l-ħsibijiet u ideat indipendenti huma illegali. L-istorja tiżvolġi madwar Winston Smith li jirribella kontra l-awtorità tal-Party iżda l-konsegwenzi kifrin ta’ dan, f’dinja fejn Big Brother jara kollox, għad irid jiskoprihom.

Jieħdu sehem fost l-oħrajn Edward Caruana Galizia, Alan Paris u Stephen Oliver. Disinn tas-sett Adrian Mamo, dawl Gianluca Branco u contenut viżwali ta’ Dylan Odom.

 

Avviż Importanti

Din il-produzzjoni fiha ‘flashing lights’ u effetti ta’ strobe, ħsejjes qawwija, sparaturi u xeni grafiċi ta’ vjolenza u tortura. Mhijiex adattata għat-tfal taħt l-età ta’ 14-il sena.

    Theatrical Tour
    coming soon
    20 August - 20 August
    Dance
    coming soon
    27 August - 2 September
    Music
    coming soon
    3 September - 3 September
    Music
    coming soon
    5 September - 5 September
    Drama
    coming soon
    16 October - 18 October
    Musical
    coming soon
    23 October - 1 November
    Drama
    coming soon
    6 November - 15 November
    Opera
    coming soon
    12 November - 12 November
    Music
    coming soon
    17 November - 17 November
    Ibbukkja Issa
    teatru-manoel-white-logo@3x