Matul l-istaġun 2026–2027, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se tfakkar il-mitejn anniversarju mill-mewt ta’ Beethoven permezz ta’ sensiela ta’ kunċerti li se jittellgħu tul l-istaġun kollu. Il-kunċerti kollha tas-sensiela Beethoven200 se jkunu diretti mis-surmast Ġermaniż ta’ fama internazzjonali, Wolfram Christ. Is-sensiela tiftaħ bi programm li jesplora t-temi tal-eroiżmu, l-umanità u l-immaġinazzjoni profonda. Wolfram Christ jidderieġi programm li jivvjaġġa mill-enerġija mitika tal-overture ta’ The Creatures of Prometheus sat-tensjoni drammatika tal-Leonore Overture No. 3. Il-pjanista rinomat Freddy Kempf huwa l-protagonist tal-Piano Concerto No. 4, xogħol ta’ intimità poetika straordinarja u innovazzjoni sottili, li jibbilanċja l-introspezzjoni mal-inġenjożità brillanti.
Wolfram Christ, Direttur tal-orkestra
Freddy Kempf, pjanu
Programm
Ludwig van Beethoven:
Overture to The Creatures of Prometheus, Op. 43
Leonore Overture No. 3 in C major, Op. 72
Piano Concerto No. 4 in G major, Op. 58