Il-Baby Series ta’ TOI TOI terġa’ tagħti l-ħajja lill-produzzjoni Up in the Air! Waqt li ntiru fl-isħab mal-friefet u l-għasafar, nieħdu nifs kbir flimkien u ningħaqdu ma’ Tilly l-Kokka f’avventura fl-ajru! Il-produzzjoni tinkludi pupazz maħdum b’mod sostenibbli u mużika oriġinali tal-kompożitur Malti Albert Garcia. Nintroduċu ftit ftit lit-trabi għad-dinja tat-teatru bil-pupazzi, b’mużika live u rakkonti sempliċi bilingwi.
Kitba u direzzjoni ta’ Nicole Sciberras.
Il-pupazz ġie ddisinjat u maħluq minn Jake Attard.