TOI TOI NEXTGen jirritorna b’edizzjoni speċjali għall-Milied ta’ Tim and Andrew Make Out Platonically, spettaklu ibridu ta’ stand-up comedy u pariri dwar id-dating.
Tim Borg, Andrew John Sciberras u mistiedna speċjali se jagħtu wħud mill-aqwa wirjiet ta’ stand-up comedy tagħhom qabel ma jwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek dwar id-dating u dwar kif issajjar l-ikla perfetta tal-Milied!
Termini u Kundizzjonijiet: Tim u Andrew mhumiex responsabbli jekk tinfired, tiddivorzja u/jew tispiċċa avvelenat bid-dundjan.