Projects – Day 3
Post: Teatru Manoel
Data: 26th Lulju 2025
Ħin: 7.45pm (Bibien Jiftħu: 7.15pm)
Prezz: General Admission: €25 ~ Concessions: €20
Biljetti: wwww.dfm.mt
Dwar Dance Festival Malta
Dance Festival Malta huwa festival multidixxiplinarju u vibranti ddedikat għat-tisħiħ tal-ekosistema taż-żfin f’Malta, billi joffri pjattaforma dinamika kemm għall-istudenti kif ukoll għall-professjonisti għal taħriġ u tkabbir artistiku.
Il-festival, li se jsir bejn l-24 u s-27 ta’ Lulju, jinkludi programm ta’ workshops, masterclasses u wirjiet li jiċċelebraw il-kulturi taż-żfin madwar id-dinja. Dance Festival Malta jilqa’ artisti u koreografi rinomati minn madwar id-dinja, u jistieden lill-pubbliku kif ukoll lill-parteċipanti biex jesperjenzaw id-dinja universali taż-żfin.
Proġetti – Day 3 (fit-Teatru Manoel)
Tul: 15-il minuta
Sinopsi: Immexxi mill-artist u koreografu Douglas Comley, dan il-proġett joffri ġieħ lill-kreattività, id-diversità u l-esperjenza ta’ ħajja ta’ dawk li jżommu ż-żfin ħaj f’eta aktar matura. Il-proġett jasal għall-qofol tiegħu f’wirja teatrali waqt Dance Festival Malta 2025.
Bis-Sapport ta’: St Michael’s Foundation for Education & Teatru Manoel
ŻfinMalta (Malta) – SOMIGLIANZA
Tul: 30 minuta
Sinopsi: Somiglianza (Prélude à l’Après-midi d’un faune) hija ommaġġ ironiku u ferrieħi għall-ħolqien leġġendarju ta’ Nijinsky u l-ballet modern magħruf tiegħu L’après-midi d’un faune. Billi tgħaqqad immaġini mill-aħħar tas-seklu 19 ma’ staging eżotiku, Somiglianza tqajjem mistoqsijiet dwar is-simboliżmu fis-soċjetà tal-Punent. Il-ħolqien ta’ Nijinsky għal L’après-midi d’un faune ta’ Debussy iservi bħala punt tat-tluq għal Kor’sia sabiex jesprimu l-viżjoni unika tagħhom fuq l-ikonografija taż-żfin. Dan ix-xogħol huwa vjaġġ affaxxinanti fl-istorja taż-żfin, reinterpretat b’perspettiva moderna u innovattiva.
Bis-Sapport ta’: Teatru Manoel
Danae & Dionysios (Greċja) – FÁRISA
Tul: 15-il minuta
Sinopsi:“Niftakar ruħi nistrieħ fuq dahar żiemel, l-irqad ħakimni u l-muntanji daħku. Il-ġurnata l-ewwel ilha li bdiet, u aħna għadna nimxu, inġorru l-piż tat-tifkiriet li ħallewlna missirijietna. Ir-rejiet u r-reġini, faqar u ħallelin – il-maskri li libbisna biex nibqgħu ħajjin. Ix-xemx qed taħraqli wiċċi? Jew sempliċement riħ kiesaħ? Riħ li qed jnaddaf id-destin tiegħi mid-dnub bla maħfra…”
Fárisa huwa duet maħluq għal spazji fil-miftuħ bħala parti mill-proġett Pilgrims. Dan ix-xogħol isegwi żewġ karattri li qed ifittxu konnessjoni sinċiera filwaqt li jibqgħu qrib xulxin. Ispirat mill-vjaġġ tal-pellegrinaġġ bħala metafora għall-vjaġġ tal-ħajja, il-konnessjoni tagħna man-natura u mal-annimali. Kif jistgħu żewġ rotot separati jiltaqgħu u jivvjaġġaw flimkien? Kif nibnu relazzjonijiet ibbażati fuq l-appoġġ reċiproku? Kif nistgħu nirrivedu l-ġerarkija bejn il-bniedem u l-annimal?
Bis-Sapport ta’: Teatru Manoel
Clémence Juglet (Franza) – I HAVE TO
Tul: 10 minuti
Sinopsi: Iż-żmien sar għodda ta’ pressjoni u prestazzjoni. Jagħfas fuqna, jbeżżagħna, iġiegħlna nħossuna ħatja, u jqanqal sens ta’ urġenza. Nagħtu qalbna u ruħna biex nikkontrollawh — imma hu illużjoni. Inħossuna mġiegħla nżommu immaġni ideali tagħna nfusna, anke jekk dan ifisser li ninjoraw il-valur tagħna stess. L-uniku għan li jibqa’ huwa li neżawrixxu kull sekonda, fit-tfittxija għal sodisfazzjon li qatt ma jinqata’. U hekk, nidħlu f’tellieqa bla tarf kontra l-ħin.
Bis-Sapport ta’: Teatru Manoel
Min Kim (Korea t’Isfel) – ARE YOU GUILTY?
Tul: 15-il minuta
Sinopsi: Are You Guilty? jesplora l-effett psikoloġiku magħruf bħala “the bystander effect” – fejn in-nies x’aktarx ma jintervenux f’sitwazzjoni ta’ emerġenza jekk hemm nies oħra preżenti. Nibqgħu siekta jew naġixxu? Min hu l-ħati u min hu l-vittma?
Bis-Sapport ta’: Teatru Manoel
Konversazzjonijiet mal-Artisti – Ma’ Dr Paula Guzzanti
Tul: 30 minuta
SESSIONI TA’ Q & R MAL-ARTISTI KOLLHA PREŻENTI
Dwar il-Medjatur: Dr Paula Guzzanti hija artista taż-żfin, riċerkatriċi u għalliema ta’ movimenti somatiċi u tango. Hija tispeċjalizza fir-riċerka artistika u f’prattiċi inkorporati. Ix-xogħol tagħha jesplora r-rwol tal-ġisem sensorjali fid-deċiżjonijiet responsabbli meta niddisinjaw spazji urbani li jgħaqqduna man-natura. Hija partikolarment interessata fil-mod kif nistgħu napprofondixxu l-interazzjoni tagħna mad-dinja, inkluż permezz tat-teknoloġija diġitali. Bdiet taħriġha f’Buenos Aires, l-Arġentina, u kompliet fl-Irlanda fejn kisbet PhD fl-Improviżazzjoni u l-Kreazzjoni Kollaborattiva f’Queen’s University Belfast. Illum tgħix Malta u tmexxi d-Dipartiment tal-Istudji taż-Żfin fl-Università ta’ Malta.
Bis-Sapport ta’: Teatru Manoel
Dance Festival Malta huwa organizzat minn Festivals Malta u appoġġjat mill-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet, u l-Gvern Lokali. Il-festival huwa sponsorjat minn Visit Malta, GSD Marketing Ltd., Deloitte u APS Bank.