Add to my calendar
20 November 2025 - 7 December 2025

Malta International Organ Festival 25

Back to What's on

Dettalji

Produttur:Malta International Organ Festival

Deskrizzjoni

Kunċert tal-Ftuħ – Stabat Mater

20 ta’ Novembru • 7:30 PM • Kolleġjata ta’ San Pawl Nawfragu, Belt Valletta

Il-Festival Internazzjonali tal-Orgni jiftaħ bi programm sagru profond li jinkludi l-Stabat Mater sħiħa ta’ Domenico Abos u partijiet magħżula minn dik ta’ Giovanni Battista Pergolesi – żewġ kompożituri fil-klassi ta’ Francesco Durante f’Napli.

Din il-laqgħa rari bejn kapulavuri Barokki Maltin u Taljani tiġi esegwita mill-kor Ukren Kiev Baroque Consort, flimkien mal-String Ensemble tal-Festival u l-organista Ramona Zammit Formosa, taħt id-direzzjoni ta’ Nancy Milesis Romano. Miftuħ b’ton eleganti u spiritwali, dan il-kunċert se jkun esperjenza memorabbli f’waħda mill-aktar knejjes ikonici tal-Belt Valletta.

 

Shostakovich, il-Predeċessuri u l-Kontemporanji – Kunċert Solo fuq l-Orgni

28 ta’ Novembru • 8:00 PM • Knisja ta’ Santu Wistin, Belt Valletta

Serata straordinarja li tgħaqqad l-orgni ma’ s-sassofonu filwaqt li tiftaħ tieqa ġdida fuq il-kapaċità espressiva ta’ dawn l-istrumenti. L-organista Ġermaniż Ralf Borghoff u s-sassofonista Taljan Cesare Travagin joħolqu programm mimli kulur u spontanjetà, fejn il-barokk jiltaqa’ mal-improvizzazzjoni moderna.

Is-serata tinkludi l-Adagio dolcissimo minn Back to Bach ta’ Jean-Michel Michał, u estratti minn xogħlijiet Spanjoli ta’ Pierre Genin bħal Variations u Bolero. Kull biċċa hija interspersa b’mumenti ta’ improvizzazzjoni fuq l-orgni, minn meditazzjoni għal kantabbli, u sa finali enerġetiku, esperjenza li taqbeż il-konfini tradizzjonali bejn stili u epoki.

Esperjenza rari li tirrivela l-orgni u s-sassofonu f’djalogu mużikali eċitanti.

 

Pipes and Reeds – Kunċert għall-Orgni u Sassofonu

5 ta’ Diċembru • 7:00 PM • Oratorju Onorati – Knisja tal-Ġiżwiti, Belt Valletta

Fl-okkażjoni taċ-ċentinarju mill-mewt ta’ Dmitri Shostakovich, l-organista magħrufa Russa Svetlana Berezhnaya tagħti kunċert solistiku b’saħħtu li jesplora d-dinja mużikali li ffurmat u li kienet influwenzata minn dan il-kompożitur kbir tas-seklu 20.
Il-programm jgħaqqad biċċiet ta’ Shostakovich ma’ xogħlijiet ta’ kompożituri oħra tas-seklu 20, u b’hekk joffri ħarsa rikka lejn il-fond emozzjonali, id-drama u l-ironija li ddefinixxew il-mużika Russa Sovjetika. Esegwit fuq wieħed mill-orgni l-aktar espressivi tal-Belt, dan il-kunċert iwiegħed vjaġġ mużikali intens u profond.

 

Kunċert Finali – Orgni u Orkestra

7 ta’ Diċembru • 7:00 PM • Bażilika ta’ San Duminku, Belt Valletta

Il-Festival Internazzjonali tal-Orgni jgħalaq b’ċelebrazzjoni sinfonika kbira taħt id-direzzjoni tas-surmast Ġermaniż Johannes Skudlik flimkien mal-orgsanista eccellenti Winfried Lichtscheidel, f’programm li jgħaqqad il-barokk mal-mużika kontemporanja.

Il-kunċert jiftaħ b’waħda mill-aktar xogħolijiet festivi ta’ Händel – l-Ouverture mil-Music for the Royal Fireworks, f’arranġament għall-orgni. Jsegwi l-Kunċert għall-Orgni u Orkestra Nru. 1 Op. 137 ta’ Rheinberger, kapolavur romantiku li joffri ħoss sħiħ u nobbli. Winter mill- Four Seasons ta’ Vivaldi tieħu ħajja ġdida fuq l-orgni fuq arranġament, imbagħad jidħol ix-xogħol brillanti u virtwuż ta’ Duruflé, it-Toccata, Op. 5. Il-kunċert jagħlaq b’mod spettakolari bil-Kunċert għall-Orgni Nru. 3 ta’ Naji Hakim, biċċa enerġetika u mimlija ritmu li toffri finali mimli kulur u brillanza Mediterranja moderna.

    MusicalToi Toi
    29 October - 12 November
    ComedyToi Toi
    30 October - 13 November
    Theatrical Tour
    coming soon
    11 November - 11 November
    Drama
    coming soon
    14 November - 21 November
    Music
    coming soon
    25 November - 25 November
    Baby SeriesToi Toi
    coming soon
    29 November - 8 December
    Dance
    coming soon
    8 December - 13 December
    MusicToi Toi
    coming soon
    13 December - 20 December
    Play
    coming soon
    21 December - 5 January
    Baby SeriesToi Toi
    coming soon
    31 January - 7 February
    Opera
    coming soon
    22 February - 1 March
    Drama
    coming soon
    6 March - 15 March
    MusicalToi Toi
    coming soon
    21 March - 28 March
    MusicToi Toi
    coming soon
    4 April - 5 April
    TheatreToi Toi
    coming soon
    25 April - 26 April
    Baby SeriesToi Toi
    coming soon
    23 May - 30 May
    Ibbukkja Issa
    teatru-manoel-white-logo@3x