Add to my calendar
Music

Paganini to Piazzolla

Back to What's on

Dettalji

Produttur:Teatru Manoel
Post:Main Stage, Teatru Manoel

Deskrizzjoni

Il-vjolinist Samuel Cutajar u l-kitarrist Kolja Gibbs jippreżentaw programm mużikali bi stili differenti li jinkludu stil Barokk Taljan, il-melodiji ta’ Paganini, it-tango ta’ Piazzolla u l-mużika tal-kompożituri Maltin Carlo Fiammino u Albert Garzia. Il-grupp Duo Hafdar twaqqaf fl-2018 f’Londra u kellu diversi kunċerti kemm f’Malta u fir-Renju Unit. Samuel Cutajar qed jistabbilixxi lilu nnifsu bħala wieħed mill-iktar vjolinisti vibranti u eklektiċi. F’dawn l-aħħar snin iggradwa mir-Royal Academy of Music f’Londra u qed jaħdem ukoll mar-Royal Ballet Sinfonia u gruppi oħrajn. Kolja Gibbs huwa kitarrist Awstraljan/Ġermaniż li daqq f’bosta pajjiżi fosthom il-Ġermanja, l-Olanda, Malta, ir-Renju Unit u l-Italja. Bħalissa jgħix f’Cologne fejn jaħdem bħala mużiċist, arranġatur u għalliem.

    Dance
    coming soon
    26 June - 27 June
    Music
    coming soon
    29 June - 29 June
    Music
    coming soon
    3 July - 3 July
    Ibbukkja Issa
    teatru-manoel-white-logo@3x