Add to my calendar
Multimedia Theatre

TOI TOI Ages 0-3: Down to EARTH

Back to What's on

Dettalji

Produttur:TOI TOI
Età tad-Dħul:0-3
Post:Studio Theatre - 81 Old Mint Streat

Deskrizzjoni

It-teatru parteċipatorju organizzat minn TOI TOI, bi produzzjoni għat-trabi bejn iz-0 u t-3 snin, qed jippreżenta t-tielet minn sensiela ta’ erba’ partijiet fejn se jesploraw l-elementi: L-Isfel Fuq l-ART. Hawn fuq l-Art, inrabbu imħabba għan-natura u nistagħġbu bl-ambjent tagħna minn mindu nkunu żgħar. Waqt li nrawmu x-xewqa għalliskoperta, it-trabi tagħna u l-adulti tagħhom, se jidħlu b’ruħhom u ġisimhom fid-dramm interattiv kif nafu nagħmlu aħna biss, waqt li nħeġġu l-istint naturali tagħhom għall-kurżità u l-moviment. Fiha se jkun hemm mużika ġdida apposta li se tindaqq live mill-artisti ta’ TOI TOI. Il-wirjiet 0-3 huma rilassati u informali u l-adulti huma mħeġġa biex jgħinu fil-parteċipazzjoni tattarbija tagħhom.

 

Il-produzzjonijiet ta’ TOI TOI jistgħu jkunu ffilmjati u anke jittieħdu r-ritratti sabiex jintużaw għal raġunijiet ta’ promozzjoni. Jekk għal xi raġuni ma tixtieqx illi tidher kemm fil-filmati kif ukoll fir-ritratti, jekk jogħġbok avża lit-Theatre Attendant meta tasal.

21 FEB ‘25 11AM (SCHOOLS SHOWS)

    Theatrical Tour
    coming soon
    7 May - 7 May
    Musical
    coming soon
    8 May - 17 May
    Opera
    coming soon
    16 May - 16 May
    Dance
    coming soon
    22 May - 24 May
    Music
    coming soon
    5 June - 5 June
    Drama
    coming soon
    6 June - 7 June
    Music
    coming soon
    12 June - 12 June
    Dance
    coming soon
    26 June - 27 June
    Ibbukkja Issa
    teatru-manoel-white-logo@3x