It-Teatru Manoel se jtella’ produzzjoni ġdida ta’ “Għażiż Francis” fl-1 t-2 ta’ November 2024 u qed ifittex atturi b’esperjenza fuq il-palk għal dawn il-partijiet:
Parti prinċipali: Narratur 1 (Pino)* (M, 25+)
Parti prinċipali: Narratur 2 (Peter) (M 25+)
11-il karattru varju (M&F 18-60)
*Min japplika għal din il-parti jista’ jagħmel riċerka fuq l-attur mibki Pino Scicluna
Għażiż Francis mhuwiex biografija ta’ Francis Ebejer, iżda serje ta’ memorji u ħsibijiet, diskursata bejn żewġt iħbieb li jirrakkuntaw fuq ix-xogħlijiet tiegħu, fuq ħajtu u fuq l-ambjent li fih kien jgħix. Huwa bbażat fuq l-esperjenzi tagħhom ma’ Ebejer, flimkien ma’ biċċiet mix-xogħlijiet tiegħu.
NOTI
Jekk jogħġbok ibgħat CV tax-xogħol teatrali tiegħek, flimkien ma’ ritratt f’pdf (max. 3 paġni) lil: info@teatrumanoel.mt sal-Hamis 11 ta’ Lulju . Ikteb “Għażiż Francis Audition” bħala suġġett
Kulħadd jista’ japplika. L-etajiet tal-atturi imsemmija huma biss bħala indikazzjoni.
Jekk jogħġbok ġib miegħek lista tal-impenji li għandek matul ix-xhur li ġejjin (vjaġġi, xogħol, eċċ).
Agħżel u pprepara monologu minn kwalunkwe kitba ta’ Francis Ebejer (dramm, radjudramm, jew kitba oħra bil-Malti jew/u bl-Ingliż.
Għandek titgħallem l-iskript li tagħżel bl-amment u mhux taqra mill-iskript.
Provi u rappreżentazzjonijiet:
Il-provi jibdew fi tmiem Lulju u jibqgħu għaddejjin f’Awwissu, Settembru u Ottubru.
Provi fuq il-palk: Mit-Tnejn, 28 ta’ Ottubru 2024
Rappreżentazzjonijiet: 1 u 2 ta’ Novembru 2024
Huwa maħsub li dan l-ispettaklu jerġa’ jittella’ matul l-2025 f’postijiet oħra bħala parti minn kampanja biex tfakkar il-mitt sena mit-twelid ta’ Ebejer.