TOI TOI bi pjaċir iħabbar ir-ritorn tal-Baby Series, is-serje ta’ produzzjonijiet iddisinjata għall-iżgħar membri tal-udjenzi tagħna. Dan l-istaġun għandna tmien produzzjonijiet għalikom, li mistennija jwasslu avventuri fejn iż-żgħar tagħna li għandhom inqas minn erba’ snin jistgħu jesploraw il-mużika, id-drama, u ż-żfin.
Aħna nifhmu l-importanza tal-iżvilupp tas-sensi fl-infanzija, għaldaqstant dawn il-produzzjonijiet iqanqlu l-kurżita u l-kreattivita fl-imħuħ taż-żgħar tagħna. Dan isir permezz tal-viżwal, ħoss, il-mess, u l-moviment.
Il-biljett għall-istaġun tal-Baby Series (offerta tagħlaq 14/10/23), li jinkludi biljett għal adult u tarbija, jagħti aċċess għat-tmien produzzjonijiet bejn Ottubru u Ġunju.
13 – 14 Ottubru: Farmyard Fun
4 – 5 Novembru: Bouncing to the Beat
2 – 3 Diċembru: Ho, Ho, Ho!
3 – 4 Frar: Baby to the Moon
2 – 3 Marzu: Little Leprechauns
6 – 7 April: Egg-citing Easter Adventures
4 – 5 Mejju: Sleepy Time Serenade
1 – 2 Ġunju: Seashells and Sunshine

