Għaxar skejjel taż-żfin lokali qed jingħaqdu flimkien biex jiċċelebraw is-60 Anniversarju tal-Metodu Cecchetti, hawn f’Malta. Matul din is-serata speċjali, tliet ġenerazzjonijiet ta’ għalliema taż-żfin se jonoraw kemm il-ħidma ta’ Enrico Cecchetti kif ukoll il-viżjoni u l-wirt ta’ Tanya Bayona, li introduċiet dan il-metodu f’Malta 60 sena ilu.