It-Teatru Manoel f’kollaborazzjoni ma’ Maltra National Opera (MNO) jippreżenta Falstaff – l-opra komika tal-kompożitur Taljan Giuseppe Verdi. Arrigo Boito kiteb il-libretto bit-Taljan ibbażati fuq ix-xeni mid-drammi ta’ William Shakespeare – The Merry Wives of Windsor u Henry IV Part 1 u 2. Din l-opra fetħet il-bibien tagħha għall-pubbliku għall-ewwel darba fid-9 ta’ Frar 1893 fit-Teatro La Scala ġo Milan.
L-istorja ta’ din l-opra titratta l-attentati tal-kavallier oħxon Sir John Falstaff biex jirbaħ l-imħabba ta’ żewġ nisa miżżewġin. Dan kollu biex ikollu aċċess għall-flejjes tal-irġiel rispettivi tagħhom. Falstaff hija l-aħħar opra miktuba minn Verdi li sal-aħħar tal-karriera tiegħu kien laħaq kiteb 26 opra b’kollox. Din kienet it-tieni kummiedja li kiteb filwaqt li hija wkoll it-tielet opra ispirata jew ibbażata fuq xogħolijiet ta’ Shakespeare li jinkludu wkoll Macbeth u Otello.
Esperjenza lussuża ma’ AX Privilege Rosselli u t-Teatru ManoelIbdel il-lejla tiegħek għal Falstaff f’esperjenza indimentikabbli fil-Belt Valletta. Gawdi lejl ta’ lussu f’Rosselli – AX Privilege, ikla qabel l-opra f’Grain Street, u ospitalità esklussiva fit-teatru li tinkludi box privata, bibita żgħira mal-wasla u fl-intervall. Stenbaħ l-għada għal kolazzjon à la carte u gawdi minn late check-out.€750 għal 2 adulti. Disponibbli fit-22, 26, 28 ta’ Frar u l-1 ta’ Marzu 2026. Ibbukkja Hawn |
Kast
Falstaff – Kiril Manolov
Ford – Vittorio Prato
Alice – Elisa Balbo
Nannetta – Letizia Bertoldi
Meg Page – Angharad Rowlands
Quickly – Isabel De Paoli
Fenton – Nico Darmanin
Dr. Caius – Stanley Portelli
Bardolfo – Harry Nicoll
Pistola – Wyn Pencarreg
Chorus
OperaNova Project Chorus
Malta Philharmonic Orchestra
Tim Kreattiv
Stage Director – Barbara Diana
Conductor – Federico Tibone
Designer – Stewart J. Charlesworth