Grease jsegwi l-istorja ta’ żewġ studenti ta’ Rydell High, Danny u Sandy. Sandy xempju ta’ tfajla bilgħaqal u twajba waqt li Danny imqareb u fuq tiegħu imma qalbu jtihielek. Jiltaqgħu waqt btala u jispiċċaw jinħabbu. Iżda bħal kull imħabba oħra li tinbet fis-sajf, tintemm ħesrem u jsellmu lil xulxin fi tmiem il-vaganza tagħhom.
Imma x’jiġri?! Sandy taħbat tidħol fl-istess kulleġġ fejn jattendi Danny u t-tnejn li huma jsibuha diffiċli jerġgħu jnibbtu dak li kellhom matul is-sajf. Jirnexxilhom jegħlbu l-isfidi li jġib miegħu l-kulleġġ? Tgħid din hi l-imħabba li tant ilhom jistennew?
Nota: Din il-produzzjoni hija rrakkomandata għal 7 snin ’il fuq. Tfal bejn 7 u 16-il sena għandhom ikunu akkumpanjati minn adult. Tfal taħt is-7 snin mhux se jiddaħħlu. Id-diskrezzjoni tal-ġenituri hija mitluba peress li jidher it-tipjip fuq il-palk flimkien ma’ xi lingwaġġ b’saħħtu.