Add to my calendar
Opera

Il Parnaso Confuso & La Corona – Valletta Early Opera Festival

Back to What's on

Dettalji

Produttur:Festivals Malta in collaboration with Teatru Manoel
Età tad-Dħul:11+
Post:Main Stage, Teatru Manoel
Prezz: €45 | €25 | €15 | €10

Biljetti b’rata mraħħsa huma applikabbli għal persuni anzjani (‘il fuq minn 60 sena), persuna b’diżabilità (li għandhom Karta Ewropea tad-Diżabilità), studenti (li għandhom karta tal-istudenti), nies li għandhom European Youth Card u minuri (bejn il-11 u s-16 -il sena).

*Persons with a disability can send an email to bookings@teatrumanoel.mt for a complimentary companion ticket with a digital copy of the European Disability Card, and a copy of the ticket/s purchased.

Deskrizzjoni

Għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Valletta Early Opera Festival, Festivals Malta u Teatru Manoel qed jippreżentaw żewġ opri ta’ Christoph Willibald Gluck: Il Parnaso Confuso u La Corona. Magħżula mid-direttur artistiku Kenneth Zammit Tabona, dawn iż-żewġ opri inkitbu fl-1765 għall-qorti ta’ Habsburg fil-palazz ta’ Schönbrunn fi Vjenna. Filwaqt li Il Parnaso Confuso nkitbet u ġie esegwita fl-1765 biex ikun iċċelebrat iż-żwieġ tal-Arċiduka Ġużeppi lill-Prinċipessa Maria Josepha ta’ Bavarja, La Corona ttellgħet għall-ewwel darba fl-1987. Din oriġinarjament kienet maħsuba biex tittella’ għaċ-ċelebrazzjoni f’ġieħ l-isem tal-Arċiduka Franġisku li laħaq miet aktar kmieni fl-1765.

Il Parnaso Confuso hija opra satirika li timmaġina storja fuqil-Muntanja ta’ Parnasus. Fuq din il-Muntanja, il-Mużi jikkompetu bejniethom dwar min għandu jieħu sehem f’kunċert ta’ tieġ imperjali. L-opra toħloq logħba vivaċi bejn l-ego u l-kreattività. F’din il-produzzjoni, se naraw lil Gillian Zammit fir-rwol ta’ Apollo, Cledia Micallef bħala Euterpe, Gabrielle Portelli bħala Erato, u Caterina Iora bħala Melpomene.

La Corona għandha ton aktar epiku u erojku mqabbel ma’ Il Parnaso Confuso, b’rakkont ibbażat fuq il-leġġenda tal-Kaċċa għall-Ħanżir Kalidonjan. L-opra tiċċentra fuq il-mistoqsija ta’ min jistħoqqlu l-glorja talli qatel il-kreatura salvaġġa. L-unur imbgħad jispiċċa jingħata lill-alla Diana. F’din l-opra, Francesca Aquilina tieħu r-rwol ta’Atalanta, b’Gillian Zammit bħala Meleagro, Caterina Iora bħala Climene, u Bettina Zammit bħala Asteria.

Id-direzzjoni teatrali ta’ dawn iż-żewġ opri hija f’idejn Brett Nicholas Brown, li se jinterpreta dawn il-miti klassiċi b’viżjoni kontemporanja. Il-perit u disinjatur Anthony Bonnici qed joħloq id-disinn tas-sett, filwaqt li l-kostumi huma maħduma minn Luke Azzopardi li huwa magħruf għall-istil eleganti tiegħu. Id-dawl qed jiġi ddisinjat minn Moritz Zavan Stoeckle.

Dawn iż-żewġ opri joffru serata varjata —waħda b’ton satiriku u l-oħra b’ton nobbli u riflessiv—minn cast u tim kreattiv b’mod predominanti Malti.

CREATIVE TEAM

Stage Director – Brett Nicholas Brown

Costume Designer – Luke Azzopardi

Set Designer – Anthony Bonnici

Light Designer – Moritz Zavan Stoeckle

Choreographer – Simon Riccardi-Zani

CAST

Il Parnaso Confuso 

Apollo – Gillian Zammit

Euterpe – Cledia Micallef

Erato – Gabrielle Portelli

Melpomene – Caterina Iora

La Corona 

Atalanta – Francesca Aquilina

Meleagra – Gillian Zammit

Climene – Caterina Iori

Asteria – Bettina Zammit

Notifika dwar il-Biljetti:

Biljetti b’rata mraħħsa huma applikabbli għal persuni anzjani (‘il fuq minn 60 sena), persuna b’diżabilità (li għandhom Karta Ewropea tad-Diżabilità), studenti (li għandhom karta tal-istudenti), nies li għandhom European Youth Card u minuri (bejn il-11 u s-16 -il sena).

*Persons with a disability can send an email to bookings@teatrumanoel.mt for a complimentary companion ticket with a digital copy of the European Disability Card, and a copy of the ticket/s purchased.

    Drama
    24 October - 2 November
    MusicalToi Toi
    coming soon
    29 October - 12 November
    Music
    coming soon
    29 October - 29 October
    ComedyToi Toi
    coming soon
    30 October - 13 November
    Theatrical Tour
    coming soon
    4 November - 4 November
    Drama
    coming soon
    14 November - 21 November
    Music
    coming soon
    25 November - 25 November
    Baby SeriesToi Toi
    coming soon
    29 November - 8 December
    Dance
    coming soon
    8 December - 13 December
    MusicToi Toi
    coming soon
    13 December - 20 December
    Play
    coming soon
    21 December - 5 January
    Baby SeriesToi Toi
    coming soon
    31 January - 7 February
    Opera
    coming soon
    22 February - 1 March
    Drama
    coming soon
    6 March - 15 March
    MusicalToi Toi
    coming soon
    21 March - 28 March
    MusicToi Toi
    coming soon
    4 April - 5 April
    TheatreToi Toi
    coming soon
    25 April - 26 April
    Baby SeriesToi Toi
    coming soon
    23 May - 30 May
    Ibbukkja Issa
    teatru-manoel-white-logo@3x