Oqogħdu attenti x’tixtiequ…
Into the Woods huwa musical tal-1987 li rebaħ diversi premjijiet b’mużika u lirika ta’ Stephen Sondheim u bi ktieb ta’ James Lapine. Il-musical jinseġ diversi rakkonti mill-ħrejjef tal-Aħwa Grimm, jesplora l-konsegwenzi tax-xewqat tal-karattri u t-tiftix tagħhom. Il-karattri ewlenin huma meħuda minn “Little Red Riding Hood,” “Jack and the Beanstalk,” “Rapunzel,” “Cinderella” u diversi oħrajn. L-istorja hija dwar ħabbież u martu li ma kellhomx tfal u t-tfittxija tagħhom biex jibdew familja, l-interazzjoni li kellhom ma’ saħħara li tefgħetilhom saħta, u l-interazzjoni ma’ karattri oħra tal-ħrejjef matul il-vjaġġ tagħhom. L-istorja għandha kisra sorprendenti lejn l-aħħar.
Into the Woods ittella’ għall-ewwel darba f’San Diego fl-Old Globe Theatre fl-1986 u ttella’ għall-ewwel darba f’Broadway fl-1987, fejn rebaħ tliet premjijiet kbar Tony Awards (l-Aħjar Mużika, l-Aħjar Ktieb, u l-Aħjar Attriċi) f’sena li kienet iddominata minn The Phantom of the Opera.
Din il-produzzjoni għandha kast formidabbli, b’Joel Parnis bħala l-ħabbież, Rachel Fabri bħala l-mara tal-ħabbież, Thomas Camilleri u Ryan Grech bħala l-Prinċpijiet, Gianluca Cilia bħala Jack, Nadia Vella bħala Cinderella, Dorothy Bezzia bħala s-Saħħara u Stephen Oliver bħala n-narratur fost oħrajn. Id-direzzjoni hija f’’idejn Lucienne Camilleri u Ryal Paul Abela huwa d-Direttur Mużikali. Din il-produzzjoni hija ddisinjata minn Matthew Cassar.
| Baker | Joel Parnis |
| Baker’s Wife | Rachel Fabri |
| Witch | Dorothy Bezzina |
| Cinderella | Nadia Vella |
| Narrator/Mysterious Man | Stephen Oliver |
| Jack | Gianluca Cilia |
| Little Red Riding Hood | Christina Despott |
| Jack’s Mother/Cinderella’s Mother | Stefania Grech Vella |
| Cinderella’s Prince | Thomas Camilleri |
| Rapunzel’s Prince | Ryan Grech |
| Rapunzel | Bettina Zammit |
| Cinderella’s Stepmother | Talitha Dimech |
| Lucinda | Bettina Mattocks |
| Florinda | Rebecca Darmanin |
| Wolf | Karl Bartolo |
| Steward | David Ellul |
| Grandmother | Nicole Arrigo |
| Cinderella’s Father | Noel Zarb |
| Movement Artists | Tess Attrill, Keith Dimech, Dean Ellul and Nina Galea |
| Director | Lucienne Camilleri |
| Musical Director | Ryan Paul Abela |
| Production Design | Matthew Cassar |