Data: Is-Sibt 4 ta’ Ottubru 2025
Post: Teatru Manoel, il-Belt Valletta
Ħin: 6pm & 10pm
Dwar Notte Bianca
Organizzata minn Festivals Malta, Notte Bianca hija waħda mill-akbar avvenimenti kulturali annwali f’Malta. Għal lejl wieħed biss fl-ewwel Sibt ta’ Ottubru, il-Belt tinxtgħel f’ċelebrazzjoni spettakolari ta’ arti li hija miftuħa għall-pubbliku mingħajr ħlas. It-toroq, il-pjazez, il-knejjes, il-palazzi tal-istat u l-mużewijiet tal-Belt Valletta jinbidlu f’palk għal numru kbir ta’ wirjiet u kunċerti, live filwaqt li ħafna kafetteriji u ristoranti jestendu l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom. Il-Belt Valletta kollha tieħu ħajja għan-Notte Bianca, u tiggarantixxi lejl memorabbli li tassew tinkludi xi ħaġa għal kulħadd.
Maestrissimo
Tul: 1hr 30mins (kull prestazzjoni)
Dħul: Dħul b’xejn, m’hemmx bżonn li tibbukja
Sinopsi: Maestrissimo huwa spettaklu li jieħu s-sura ta’ kunċert klassiku u kummiedja satirika, filwaqt li joffri stampa ta’ żminijiet passati. Purament fl-istil distint ta’ Yllana, dan l-ispettaklu juri l-avventuri u l-isfortuni ta’ grupp ta’ mużiċisti ta’ madwar is-sekli 17 u 18 (fi żmien il-Barokk u n-Neoklassiċiżmu). Mużiċist li ma jafu ħadd, iżda b’talent kbir, ifittex li jitla’ s-sellum tal-fama u jikseb it-titlu ta’ maestrissimo. Se jkunu biżżejjed it-talent tiegħu biex jagħmel isem għalih innifsu f’dinja daqshekk ġerarkika?
Notte Bianca is hija organizzata minn Festivals Malta bis-support tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, u b’kollaborazzjoni ma Coca Cola, Vibe FM u European Heritage Days.