Add to my calendar

Malta Youth Orchestra in Concert

Back to What's on

Dettalji

Produttur:Teatru Manoel and Malta Philharmonic Orchestra
Età tad-Dħul:6+
Post:Teatru Manoel, Valletta
Prezz: €10
(discounts: €5 for students and senior citizens)

Deskrizzjoni

Program:

Rossini: L’italiana in Algieri, Overture

Sibelius: Valse triste

Bartok: Rumanian Folk Dances

Beethoven: Romance in F for Violin and Orchestra (Stephen Scerri, solo violin)

Mozart: Symphony no.20 in D major, K133

———————————————————————————

Il-Malta Youth Orchestra (MYO) taħdem biex issaħħaħ it-talenti orkestrali tal-mużiċisti żgħażagħ ta’ Malta billi toħolqilhom opportunitajiet fejn jiżviluppaw l-ambizzjonijiet tagħhom. U dan b’sens kbir professjonali permezz ta’ provi regolari, workshops, masterclasses u prestazzjonijiet ma’ diretturi mużikali Maltin kif ukoll internazzjonali.

L-MYO dehret fil-pubbliku għall-ewwel darba f’Diċembru tal-2004 f’kunċert li kien ittella’ ġewwa l-Palazz tal-President fil-Belt Valletta taħt id-direzzjoni ta’ Michael Laus. Eventwalment din l-orkestra żagħżugħa ħadmet taħt Joseph Vella mill-2011 sal-2014, u warajh ġew diretturi mużikali ta’ fama internazzjonali bħal Peter Stark, Robert Hodge, Kelly Kuo, Michalis Economou, Riccardo Bianchi, Darrell Ang, Virginia Martínez u Philip Walsh.

Minkejja li l-MYO hija primarjament orkestra ta’ studenti, xorta kienet kapaċi tesegwixxi repertorju wiesa’ klassiku minn sekli u stili differenti f’okkażjonijiet bħal Notte Bianca, kunċerti tal-Milied, il-festival ŻiguŻajg Festival, u l-kunċerti prestiġġjużi MPO-MYO fejn il-mużiċisti tal-MYO idoqqu fuq l-istess palk mal-Malta Philharmonic Orchestra.

    Cast

    Malta Youth Orchestra
Theatrical Tour
coming soon
14 May - 14 May
Opera
coming soon
16 May - 16 May
Dance
coming soon
22 May - 24 May
Music
coming soon
5 June - 5 June
Drama
coming soon
6 June - 7 June
Music
coming soon
9 June - 9 June
Music
coming soon
12 June - 12 June
Dance
coming soon
26 June - 27 June
Ibbukkja Issa
teatru-manoel-white-logo@3x