“Novecento: the Legend of the Pianist on the Ocean”, wieħed mill-akbar klassiċi tal-letteratura Taljana ta’ Alessandro Baricco, inħadem għaċ-ċinema minn Bernardo Bertolucci fl-1976 u Giuseppe Tornatore fl-1998. Novecento jirrakkonta l-istorja ta’ tifel li kien tarbija abbandunat fuq vapur u li kiber biex sar pjanist tal-jazz kbir u li għex ħajtu kollha fuq il-baħar, qatt ma niżel mill-vapur.
Din il-produzzjoni ġdida hija diretta minn Daniela Ardini u l-artisti Giovanni Costantino bħala Tim Tooney u Alessia Bonnici bħala l-pjanista Danny Boodman, T.D. Lemon Novecento. Il-produzzjoni hija ddisinjata mix-xenografu veteran Giorgio Panni.
Id-dramm se jkun imtella’ bit-Taljan b’sopratitli bl-Ingliż u bil-Malti u se jaħbat mal-pubblikazzjoni tal-ewwel edizzjoni bil-lingwa Maltija ta’ Novecento ta’ Baricco. Il-produtturi ta’ din il-wirja, Costantino Films, jixtiequ joħolqu pont bejn l-eċċellenza għall-produzzjoni ta’ avvenimenti kulturali Taljani u Maltin, immirati mhux biss għal skambju professjonali imma wkoll biex jagħnu u jiġbdu l-attenzjoni aktar fuq kwistjonijiet soċjali importanti. Din il-produzzjoni hija ffinanzjata mill-Kunsill Malti għall-Arti.