Il-produzzjoni ta’ Marzu tal-MADC, THE COARSE ACTING SHOW ta’ Michael Green, b’direzzjoni ta’ Stephen Oliver, tikkonsisti f’sett skatenat ta’ kummiedji qosra brillanti li ‘jmorru żmerċ’ u se tittella’ kemm fit-Teatru Salesjan KIF UKOLL fit-Teatru Manoel.
B’mod divertenti li jifqgħek bid-daħq, kulma jista’ jmur ħażin fi produzzjoni appuntu jmur ħażin. Kull darba, il-battuti tad-dħul ma jinqabdux, l-effetti ma jaħdmux, il-props jintilfu u l-konfużjoni tirrenja, imma l-“atturi tal-ħabbagozz” jissuktaw jitħabtu. Bis-sehem ta’ kast stellari – Alan Paris, Andrea Pace, Brendon Thearle, Craig Abela, Edward Caruana Galizia, Edward Thorpe, Francesca Briffa, Franco Sciberras, Jacob Falzon, Kate De Cesare, Leah Grech, Kim Dalli, Richard Godden u Shaun Rizzo – dan l-ispettaklu tabilħaqq divertenti żgur li mhux ta’ min jitilfu!
L-ispettaklu huwa mqassam f’6 drammi qosra li juru lill-atturi fl-agħar tagħhom. STREUTH, il-misteru ta’ qtil klassiku, A COLLIER’S TUESDAY TEA, drama qalbenija tan-Nord bl-aċċenti mkissra b’kollox, ALL’S WELL THAT ENDS AS YOU LIKE IT, fejn jintmess il-qiegħ tad-dinja teatrali Shakespearjana, THE CHERRY SISTERS, delizzjożament a la Chekov, LAST CALL FOR BREAKFAST, biċċa xogħol minn dawk minfuħa żżejjed stil Arthaud/Beckett, u fl-aħħar nett JULIUS u CLEOPATRA, kompluta bit-tellieqa tal-karrijiet.
Il-wirjiet kollha jibdew fis-7:30pm kif ġej:
14/15/16 ta’ Marzu 2025 fit-Teatru Salesjan, Tas-Sliema – Biljetti minn www.madc.com.mt – €30 & €27 (parkeġġ limitat bla ħlas, disponibbli abbażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, fil-Ground ta’ St Patrick).
U
21/22/23 ta’ Marzu 2025 fit-Teatru Manoel, il-Belt Valletta – Biljetti minn www.teatrumanoel.mt – €30, €27, €25 & €23.
B’kast brillanti u sitt drammi jifqgħuk bid-daħq għall-prezz ta’ wieħed: IBBUKKJA ISSA!
Addattat għal udjenzi minn 10 snin ’il fuq.
Din il-produzzjoni amatorjali ta’ ‘The Coarse Acting Show’ qed tiġi mtellgħa b’arranġament ma’ Concord Theatricals Ltd. f’isem Samuel French Ltd. www.concordtheatricals.co.uk