Add to my calendar
24 October 2025 - 2 November 2025
Drama

The Full Monty

Back to What's on

Dettalji

Produttur:MADC
Età tad-Dħul:16+
Post:Main Stage, Teatru Manoel
Prezz: €35 | €30 | €26 | €20
OFFERTA għal min jibbukkja kmieni : 20% skont fuq kull ‘box’ GĦAL PERJODU LIMITAT, IBBUKKJA ISSA!!

Deskrizzjoni

Fl-1997 il-film Ingliż rebbieħ tal-BAFTA Award; dwar sitt ħaddiema fl-għassar minn Sheffield, li jispiċċaw bla xogħol u li ma kien fadlilhom xejn x’jitilfu; irnexxielu jirbaħ l-attenzjoni tad-dinja kollha. U issa reġgħu magħna, din id-darba ‘live’ fuq il-palk, u naturalment, ma jistgħu jkunu xejn għajr dak li bl-Ingliż jissejjaħ il-FULL MONTY.

Simon Beaufoy, l-awtur tal-film li bih rebaħ Premju Oscar, mar lura fejn beda kollox, Sheffield, u tella’ l-verżjoni teatrali ta’ dan il-film. Huwa għamel dan bl-iskop li jerġa’ jiskopri mill-ġdid il-ħajjiet tal-irġiel u tan-nisa li jgħixu bir-relief u bit-tbatija u l-mumenti komiċi li toffri l-ħajja ta’ kuljum f’belt fejn hemm nuqqas ta’ xogħol.

Taħt id-direzzjoni ta’ Francesca Briffa, il-kast ta’ The Full Monty ser ikun magħmul minn atturi li ma għandhom bżonn ta’ l-ebda introduzzjoni, fosthom Alan Paris, Stephen Oliver, Brendon Thearle, Lewis Preston, Shaun Rizzo, Taha Chaudhry, Keira Galea, Matthew Grech Marguerat, Alan Azzopardi, u magħhom jingħaqdu wkoll Pia Zammit, Coryse Borg, Steve Casaletto, Angelica Sant, Richard Godden, Sarah Jane Zrinzo u Antonio Tufigno. U fl-aħħar imma mhux l-inqas, nintroduċu wkoll lil Charlie Paris u Simon Tufigno, li ser ikunu qed jaqsmu bejniethom il-parti ta’ Nathan. Ċertament produzzjoni li ma għandekx titlifha. Mela allura IBBUKKJA ISSA!

Ir-rappreżentazzjonijiet ser isiru nhar il-Ġimgħa 24, is-Sibt 25, il-Ħadd 26, il-Ġimgħa 31 ta’ Ottubru u s-Sibt 1 u l-Ħadd 2 ta’ Novembru 2025 fit-Teatru Manoel. Biljetti – Euro20, Euro26, Euro30 u Euro35. Madanakollu, għal perjodu qasir il-‘boxes’ kollha ser ikunu bi skont ta’ 20%!! Biljetti minn www.teatrumanoel.mt.

Aqta’ l-biljett tiegħek issa qabel ma jkun tard wisq. Żgur li se jiddispjaċik jekk titlef THE FULL MONTY.

Eta : Minn 16-il sena ‘l fuq. Titratta temi adulti u nudita’.

Din il-produzzjoni amatorjali ta’ THE FULL MONTY se tittella’ permezz ta’ arranġament flimkien ma’ Concord Theatricals Ltd, għan-nom ta’ Samuel French Ltd. www.concordtheatricals.co.uk

    Theatrical Tour
    coming soon
    23 September - 23 September
    Music
    coming soon
    21 September - 21 September
    Opera
    coming soon
    25 September - 26 September
    Music
    coming soon
    28 September - 28 September
    Music
    coming soon
    1 October - 1 October
    Music
    coming soon
    4 October - 4 October
    Drama
    coming soon
    10 October - 11 October
    TheatreToi Toi
    coming soon
    25 October - 26 October
    MusicalToi Toi
    coming soon
    29 October - 12 November
    ComedyToi Toi
    coming soon
    30 October - 13 November
    Drama
    coming soon
    14 November - 21 November
    Baby SeriesToi Toi
    coming soon
    29 November - 8 December
    MusicToi Toi
    coming soon
    13 December - 20 December
    Baby SeriesToi Toi
    coming soon
    31 January - 7 February
    Opera
    coming soon
    22 February - 1 March
    Drama
    coming soon
    6 March - 15 March
    MusicalToi Toi
    coming soon
    21 March - 28 March
    MusicToi Toi
    coming soon
    4 April - 5 April
    TheatreToi Toi
    coming soon
    25 April - 26 April
    Baby SeriesToi Toi
    coming soon
    23 May - 30 May
    Ibbukkja Issa
    teatru-manoel-white-logo@3x