TOI TOI jippreżentaw il-produzzjoni ‘Shout’ ta’ Alexis Zegerman.
F’dinja mimlija kliem, Dan kif tista’ tkampa jekk ma tistax titkellem? Dan għandha l-kundizzjoni ta’ ‘seletive mutism’, imma din il-kundizzjoni ma twaqqafx l-immaġinazzjoni tagħha.
‘Shout’ hija play komika dwar l-ansjetà li tiċċelebra l-abbiltajiet differenti… fejn wieħed ikun jista’ jsemma’ leħnu. Produzzjoni li turi x’iwassal biex persuna tgħeleb l-ansjetà u problemi ta’ saħħa mentali meta tkun għadha teenager.
Taħt id-direzzjoni ta’ Petra Sant b’disinn tad-dawl ta’ Gianluca Bianco u Stage Management ta’ Kat Bouker.
Ix-xogħol teatrali ta’ Alexis Zegerman jinkludi Fever Syndrome (Hampstead Theatre); Holy Shit (Kiln Theatre); The Steingolds (National Theatre Studio – finalist tas-Susan Smith Blackburn Prize 2012); Lucky Seven (Hampstead Theatre -Pearson Writer in Residence 2008-2009); Killing Brando (Oran Mor, a Play a Pie and a Pint season/Paines Plough Theatre Company at the Young Vic); I Ran the World (Royal Court/Flight 5065); Marriage and Noise (Soho Theatre). Bħalissa Alexis qed taħdem mal-Hampstead Theatre u l-Manhattan Theater Club fi New York.
Xgħolijiet oħra tagħha jinkludu l-iscreenplay ta’ Arthur’s Whiskey, b’Diane Keaton u David Harewood; The Honeymoon Suite (Palm Springs Film Festival, UK Jewish Film Festival, New York Short Film Festival, Encounters, rebbieħ tal-Pears Film Fund Award). Ix-xogħol tagħha għar-radju jinkludi ż-żewġ serje kummiedji Mum’s on the Run u School Runs, Déjà Vu (Prix Europa Special Commendation); Jump; The Singing Butler; Are You Sure? and Ronnie Gecko (Richard Imison Award).
Din il-produzzjoni tesplora esperjenzi ta’ ansjetà. Se jkun hemm ukoll mumenti fejn il-karattri jesperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali