TOI TOI qegħdin jippreżentaw klassi fuq l-arti tal-buffu ma’ Julian Spooner u Matt Wells ta’ Rhum+Clay. Il-koprodutturi artistiċi ta’ din il-kumpanija huma għalliema ta’ esperjenza u ħolqu wirja apposta, klassijiet tat-teknika u invenzjoni għal numru kbir ta’ universitajiet u istituzzjonijiet tat-taħriġ professjonali. Il-parteċipanti se jibdew jitgħallmu fuq l-‘istat’ tal-buffu; permezz ta’ taħriġ, logħob u eżerċizzji. Matul dan iż-żmien ta’ esplorazzjoni il-parteċipanti se jkunu mħeġġa biex jiskopru u jiżviluppaw il-buffu tagħhom infushom.