Il-Malta International Arts Festival jippreżenta t-tieni edizzjoni ta’ “Young Creatives in Motion.” L-MIAF għandu passjoni biex jgħaqqad liż-żeffiena żgħażagħ flimkien biex joħloq programm verament ispiranti ta’ prestazzjonijiet li jinkoraġixxi liż-żeffien ta’ varjetà ta’ ġeneri taż-żfin biex jippreżentaw xogħolhom f’ambjent professjonali. Dan l-avventiment ukoll għandu l-għan li jvara talenti emerġenti u ta’ żeffiena u korijogarfi żgħażagħ madwar il-gżira u li ngħollu l-istandard u ntejbu l-progressjoni taż-żfin fuq skala nazzjonali u li ngħinu lill-għalliema u mexxejja li jgħallmu ż-żfin kemm fi skejjel u lil hinn. “Young Creatives in Motion” ser ikun qed jippreżenta sitt żifniet ġodda li ser jinżifnu mal-mużika live fuq il-pjanu u s-sassofonu minn Manuel de Falla, Jean-Philippe Rameau, György Ligeti, Claude Pascal, Philip Glass u George Gershwin. Din il-produzzjoni hija parti mill-Malta International Arts Festival li huwa organizzat minn Festivals Malta.
Pawza
20mins
Tul
1hr 40mins (40mins – 20min interval – 40mins)