TMYT jippreżentaw Għadna Żgħar, produzzjoni ambjentata f’Każin matul l-aħħar sajf tal-università. Insegwu żagħżugħ u l-grupp ta’ ħbieb tiegħu hekk kif jinġabru fil-post li jħaddan il-ħafna memorji maqsuma flimkien. Dan ix-xogħol Malti ġdid, miktub f’kollaborazzjoni mal-atturi tat-teatru taż-żgħażagħ, jesplora l-isfidi u r-responsabbiltajiet tat-tranżizzjoni għall-età adulta. Jenfasizza l-importanza li nkunu ta’ spalla għal xulxin u li nitolbu l-għajnuna meta l-ħajja ssir diffiċli wisq.
Direzzjoni ta’ Petra Sant.