Ingħaqad ma’ Luke u n-Nannu tiegħu Ċisju fuq vjaġġ għas-sajd hekk kif nitgħallmu dwar il-perikli tal-plastik li jintuża darba biss. Dan l-ispettaklu se jingħata l-ħajja permezz ta’ pupazzi u strumenti mużikali magħmula minn materjali sostenibbli. Ejja għodos magħna fil-Baħar Mediterran u skopri x’nistgħu nagħmlu biex nindirizzaw dan id-diżastru tat-tniġġis mill-plastik… qabel ma jkun tard wisq!
Kitba u direzzjoni ta’ Faye Mallia.
Drammaturġija u kompożizzjoni ta’ Kate Fenech Field.
Disinn u ħolqien tal-pupazzi minn Theatre Anon.