Id-De Valette Chamber Orchestra tikkonkludi l-istaġun 2026/27 tagħha b’Night of Stars,
programm iddedikat għall-eċċellenza, il-virtwożiżmu u l-artisti eċċezzjonali li ġew iffurmati
mill-aktar kompetizzjonijiet mużikali internazzjonali prestiġjużi fid-dinja.
Id-Divertimento for Viola and Strings ta’ Rolla jiftaħ il-programm b’eleganza u
b’faxxinu Taljan, segwit mid-Double Concerto for Violin, Viola and
Orchestra ta’ Bruch li jlaqqa’ żewġ solisti mill-aqwa fi djalogu bejniethom. Il-parti tal-vjola hija interpretata
minn wieħed mill-aqwa vjolisti tal-lum, Timothy Ridout, li huwa l-Artist Residenti tad-De
Valette Chamber Orchestra u r-rebbieħ tal-Ewwel Premju fil-Lionel Tertis International
Viola Competition. Miegħu hemm Carmine Lauri, id-Direttur Mużikali u l-Surmast tal-Kunċerti tad-DVCO, kif ukoll Prinċipal Emeritu tal-London Symphony Orchestra.
Bħala sieħba tal-Official Laureate’s Tour tas-17-il Kompetizzjoni Internazzjonali tal-Vjolin Henryk Wieniawski, waħda mill-aktar kompetizzjonijiet prestiġjużi fid-dinja, id-De Valette Chamber Orchestra tagħlaq l-istaġun flimkien mar-rebbieħ tal-Ewwel Premju tagħha: ċelebrazzjoni tal-għeluq ta’ talent eċċezzjonali, virtwożità mill-aqwa u l-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ stilel tal-mużika klassika.
Carmine Lauri, direttur tal-mużika
Timothy Ridout, vjola, Artist Residenti tad-DVCO
Programm
Alessandro Rolla: Divertimento in F major for Viola and Strings, BI 330
Max Bruch: Double Concerto in E minor for Violin, Viola and Orchestra, Op. 88
Henryk Wieniawski: Violin Concerto No. 2 in D minor, Op. 22