Il-Malta International Arts Festival (MIAF) qed jippreżenta kunċert mill-Malta Philharmonic Orchestra taħt l-isem Between Heaven and Hell. Dan il-vjaġġ jibda bil-kompożizzjoni ta’ Arvo Pärt Cantus in Memoriam Benjamin Britten. Dan ix-xogħol, għall-orkestra tal-korda u qanpiena, huwa wieħed mill-ewwel eżempji tal-istil tintinnabuli li magħruf għalih dan il-kompożitur. Il-mużika spiritwali ta’ Pärt toħloq kuntrast qawwi mal-mużika ritmika u agressiva tal-kumpożitur Ruben Zahra bit-tnedija tal-kunċert għall-vjolin bl-isem Land of the Dead li se jindaqq mis-solist Awstrijak Daniel Auner. Għat-tieni nofs tal-kunċert, Auner se jippreżenta x-xogħol meraviljuż għall-vjolin u orkestra Introduction and Rondo Capriccioso ta’ Camille Saint-Saens. Il-mużika melodjuża u lirika ta’ Saint-Saens toħloq ukoll kuntrast qawwi mal-aħħar żewġ xogħlijiet fil-programm: Mephisto Waltz No. 1 ta’ Franz Liszt u Night on Bald Mountain ta’ Modest Mussorgsky.
Programme
Arvo Pärt Cantus in Memoriam Benjamin Britten (1977)
Ruben Zahra Land of the Dead – violin and orchestra (2025)
intermission
Camille Saint-Saens Introduction and Rondo Capriccioso (1863)
Franz Liszt Mephisto Waltz No. 1 (1859 – 1862)
Modest Mussorgsky Night on Bald Mountain (1867)
Orchestrated by Rimsky-Korsakov in1886
Credits
violin: Daniel Auner
conductor: Michael Laus