Sophie, b’kitba ta’ Anthony Portelli, huwa d-dramm rebbieħ ta’ din is-sena tal-kompetizzjoni Studio Francis Ebejer. F’din il-farsa naraw lil Thomas li jordna drone minn barra iżda meta tasal il-kaxxa, isib robot femminili attraenti. Sophie, ir-robot, malajr titgħallem u taddatta għall-ambjent ta’ madwarha. Il-mara tgħir għaliha, it-tifel Mark huwa affaxxinat u s-seftura u l-uffiċjali tad-Dwana huma mbellħin. Din il-produzzjoni għandha direzzjoni ta’ Josette Ciappara filwaqt li l-protagonisti huma Simon Curmi, Sarah Vella, Magda van Kuilenburg, Justin Calleja, Christine Francalanza, Mario (Snits) Spiteri u Emmanuel Cassar. Xenografijja ta’ Pierre Portelli.